Uffiċjali: Torino se jixtru lil Rincon għal kollox

MatthewJuve News 1 Comment

Juventus ħabbru li Tomas Rincon se jkun akkwistat għal kollox minn Torino. Fil-fatt, skont il-ftehim ta’ das-sajf, Rincon lagħab numru ta’ partiti u għaldaqstant awtomatikament jidħol fis-seħħ l-obbligu min-naħa ta’ Torino li jixtruh għal kollox. Il-prezz miftiehem kien ta’ 6 miljun Ewro. Matthew Scerri

Torino mil-lum għandhom l-obbligu li jixtru lil Rincon għal kollox. Juventus idaħħlu 6 miljuni oħra!

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Tuttomercatoweb qed jirraporta li mil-lum Torino għandhom l-obbligu li jixtru lil Rincon għal kollox mingħand Juventus. Fil-fatt, skont il-ftehim tas-sajf li għadda, kien jobbliga lil Torino jixtru lil Rincon għal kollox jekk jilgħab nofs il-partiti. Dan seħħ illum, fil-partita li Torino rebħu kontra Bologna. Juventus għaldaqstant se jdaħħlu 6 miljuni oħra, li jistgħu jitilgħu għal 7 miljuni bil-bonuses. Matthew …

Rincon b’self ma’ Torino

MatthewJuve News Leave a Comment

Fis-sigħat li ġejjin jaf ikollna xi żviluppi dwar Tomas Rincon. Fil-fatt wara li lbieraħ Torino biegħu lil Benassi lil Fiorentina, issa mistenni li huma jħabbru li kisbu b’self lil Rincon mingħand Juventus. Torino se jkollhom anki d-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla. Matthew Scerri

L-aġent ta’ Rincon jinsab Valencia

MatthewJuve News Leave a Comment

Norman Capuozzo, l-aġent ta’ Rincon, illum tella’ fuq Twitter ritratt tiegħu f’Valencia. Probabbli li hu mar hemm sabiex jiddiskuti ma’ uffiċċjali ta’ Valencia l-offerta tagħhom għal Rincon. Min jaf, forsi fis-sigħat li ġejjin ikun hemm xi żviluppi. Matthew Scerri