Rogerio jaf ikun l-karta biex Juventus jiksbu lil De Ligt

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici jaf għandu f’idejh il-karta t-tajba biex jegħleb il-konkorrenza ta’ Barcellona għall-akkwist ta’ De Ligt. Fil-fatt Tuttosport qed tirraporta li Ajax jinsabu interessati ferm fl-akkwist ta’ Rogerio, li hu meqjus l-eredi ta’ Tagliafico. Juventus lesti jieħdu lura lil Rogerio mingħand Sassuolo u jgħadduh lil Ajax bħala parti mill-ftehim għall-akkwist ta’ De Ligt. Matthew Scerri

Wolves iridu jixtru lil Rogerio

MatthewJuve News Leave a Comment

Aktar dħul għal Juventus hekk kif Wolves tefgħu għajnejhom fuq Rogerio. Il-Brażiljan sejjer tajjeb ma’ Sassuolo fejn jinsab misluf. Wolves iridu jixtruh u talbu lil Mendes sabiex jgħinhom. Tuttosport qed issemmi somma ta’ madwar 20 miljun għal dan l-akkwist. Matthew Scerri

Rogerio sejjer ma’ Sassuolo

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara Pol Lirola, full-back ieħor ta’ Juventus Primavera jinsab qrib li jingħaqad ma’ Sassuolo. Il-Brażiljan Rogerio, fil-fatt, mistenni jingħaqad ma’ Sassuolo. Hu diġà kien lagħab mat-tim Primavera tagħhom madwar sena ilu. Issa jidher lest biex jibda esperjenza mal-ewwel tim tagħhom u jkunu jista’ juri x’jaf fis-Serie A. Matthew Scerri

Benevento wkoll iridu lit-talenti ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tim ta’ Benevento, li għadu kemm ġie promoss fis-Serie A, qed ifittex sinerġija ma’ Juventus bit-tama li jikseb mingħand il-Bianconeri xi talenti li bihom jissaħħaħ it-tim tagħhom għas-sena d-dieħla. Bħal diversi klabbs oħra huma ħabbtu l-bibien ta’ Juventus għal nies bħal Cassata, Favilli, Leali u Rogerio. Juventus lesti jgħinuhom, biss qed jistennew ftit qabel jikkommettu ruħhom dwar min se jgħaddulhom. …