Rolando għadu jista’ jiġi b’self

MatthewJuve News Leave a Comment

Porto jidhru li rnexxilhom jikkonvinċu lil Rolando sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu magħhom sal-2017. Malli jiffirma huma se jagħtuh il-go-ahead sabiex jingħaqad b’self sa tmiem l-istaġun ma’ Juventus u Inter. In-nerazzurri bħalissa jidhru l-favoriti li jiksbu s-servizzi tiegħu. Matthew Scerri

Marotta jitkellem dwar il-mercato

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel il-partita kontra Napoli, Beppe Marotta stqarr li Juventus mhumiex preokkupati bid-difiża peress li Caceres daħal lura għal-logħob, waqt li Barzagli qed jittrenja wkoll. Skont Marotta, Juventus għadhom skwadra tajba u se jixtru biss plejers tajbin li jkunu jiswew ftit flus. Huma ħasbu li Sneijder seta’ jkun plejer hekk, imma Galatasaray ma jridux jafu li jneħħuh. Marotta kkonferma li Mkhitaryan …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (10 ta’ Jannar)

MatthewJuve News Leave a Comment

Toronto jridu lil Giovinco Sportmediaset qed jirrapurtaw li anki l-klabb ta’ Toronto jinsab interessat f’Giovino. Huma qed joffrulu kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 3.5 miljun Ewro fis-sena. Tajjeb infakkru li hemm xnigħat li Giovinco qed ikollu kuntatti anki ma’ Monaco. Min imissu Wara li falla l-akkwist ta’ Sneijder, milli jidher Juventus bdew ifittxu xi plejers oħra li jilagħbu fl-istess pożizzjoni. …

Rolando. Kollox wieqaf

MatthewJuve News Leave a Comment

M’hemmx iktar żviluppi dwar l-akkwist ta’ Rolando. Porto għarrfuh li lesti jaċċettaw li hu jingħaqad b’self ma’ Juventus, imma qabel irid jiffirma l-kuntratt il-ġdid magħhom. Rolando ma jridx jagħmel dan. Intant fl-aħħar sigħat anki Inter bdew jitħajru għalih. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (6 ta’ Jannar)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Souici, il-Pogba l-ġdid Juventus, flimkien ma’ Chelsea, Arsenal u Manchester City, tefgħu għajnejhom fuq Rayan Souici ta’ Saint Etienne. F’pajjiżu huma konvinti ferm mill-kwalitajiet tiegħu u allura Juventus lesti jinvestu fl-akkwist tiegħu bit-tama li jisplodi magħhom bħalma għamel Pogba. Cagliari jgħollu l-prezz ta’ Nainggolan Roma għandhom l-inkwiet dwar Nainggolan. Hu jinsab f’komproprjetà bejn Roma u Cagliari. Il-klabb ta’ Cagliari qed …

Rolando qrib ħafna

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tirraporta li Juventus kellhom kuntatt ieħor mal-aġent ta’ Rolando. Il-Bianconeri qed jittamaw li jirnexxilhom jiffinalizzaw l-akkwist tiegħu din il-ġimgħa stess. Hemm diġà ftehim bej n Juventus u Rolando, Kulma jonqos hu biss li Porto jaċċettaw l-offerta Bianconera ta’ 500,000 Ewro għas-self sa tmiem l-istaġun. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (3 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Uffiċjali: Libertazzi misluf lil Pontedera Alberto Libertazzi, li jinsab f’komproprjetà bejn Juventus u Novara, ġie misluf lil Pontedera sa tmiem l-istaġun. Rolando qrib ħafna Il-gazzetta ‘La Stampa’ tagħti l-aħbar li nhar it-Tlieta Rolando se jkun Turin sabiex jassisti għal Juventus-Inter. Porto fehmu li Rolando jrid biss jingħaqad ma’ Juventus u allura se jaċċettaw l-offerta Bianconera: 500,000 għas-self sa Ġunju, bid-dritt …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (31 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve News Leave a Comment

Montoya diffiċli immens Wara li lbieraħ it-Tribunal tal-Arbitraġġ tal-Isports ikkonferma s-sentenza tal-FIFA li se żżomm lil Barcellona milli tagħmel akkwisti ġodda sal-2016, jidher li l-akkwist ta’ Montoya issa hu kkumplikat ferm. Fil-fatt Barcellona mhux se jkunu jixtru plejers għajr dawk bla kuntratt. Għaldaqstant huma mhux se jbigħu lil Montoya malajr peress li mhux se jkun faċli għalihom li jsibu sostitut …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (30 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Rolando jrid biss lil Juventus Minn ‘Tuttosport’ naqraw li Rolando ma jridx jaf bl-ebda tim ieħor għajr Juventus. Allegatament Porto kienu lesti jilqgħu l-offerta ta’ Zenit, biss Rolando rrifjuta peress li hu jixtieq jirritorna fl-Italja. Hi l-mara tiegħu li l-iktar qed tagħmel pressjoni sabiex imorru jgħixu l-Italja. Il-prezz ta’ Chiriches Nafu li Juventus iridu anki lil Vlad Chiriches. ‘Tuttosport’ tat …

Kuntatt mill-ġdid għal Rolando

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum stess mistennija jkun hem kuntatti bejn Juventus u Porto għat-trasferiment ta’ Rolando. Il-Bianconeri qed joffru 500,000 elf għas-self tiegħu sa Ġunju, bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox fis-sajf għas-somma ta’ 4.5 miljun Ewro. Porto, mill-banda l-oħra, qed jitolbu 1 miljun Ewro għas-self, bl-akkwist definittiv ikun jiswa 7 miljuni. Matthew Scerri