Aħbarijiet tal-Calciomercato (28 ta’ Diċembru)

MatthewJuve News Leave a Comment

X’qed noffru għal Rolando? ‘Tuttosport’ tirraporta li Juventus lesti joffru nofs miljun Ewro għas-self ta’ Rolando minn hawn sa Ġunju. Il-Bianconeri jridu wkoll id-dritt li jkunu jistgħu jixtru lil Rolando għal kollox fis-sajf għas-somma ta’ 4.5 miljun Ewro. Interessati f’Danilo Difensur ieħor fil-mira ta’ Juventus hu Danilo Barbosa ta’ Braga. Hu jifforma parti mit-tim ta’ taħt l-20 sena tal-Brażil. L-akkwist …

Kuntatt ma’ Porto għal Rolando

MatthewJuve News Leave a Comment

Sar kuntatt telefoniku bejn Juventus u Porto għal Rolando. Il-klabb Portugiż lest jiftaħ negozjati ma’ Juventus. Il-problema tibqa’ li Juventus iriduh b’self, filwaqt li Zenit qed joffru 5 miljuni għalih. Hu mistenni li anki Besiktas daqt iressqu offerta għal Rolando. Għaldaqstant Porto jippreferu n-negozjati ma’ Zenit jew Besiktas. Madankollu r-rieda tal-plejer, bħal dejjem, se tkun determinanti fl-għażla tad-destinazzjoni l-ġdida tiegħu. …

Imressqa l-offerta għal Rolando

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent ta’ Rolando beda jaħdem bit-tir li Porto jħallu lid-difensur isib tim ġdid. ‘Tuttosport’ tirraporta li hu ressaq l-offerta ta’ Juventus lil Porto. Il-Bianconeri jridu lil Rolando b’self sa Ġunju bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh fis-sajf. Porto però ma jridux li jitilfu lil Rolando b’xejn, speċjali wara li Zenit ressqu offerta ta’ 5 miljuni għalih. Matthew Scerri

Rolando jew Rugani għad-difiża

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

It-tfittxija ta’ difensur ġdid għal Juventus issa ilha għaddejja sew. Il-Bianconeri ħadu in konsiderazzjoni diversi plejers. Minn dan li qed naqraw joħroġ ċar li l-istrateġija ta’ Juventus hi li jippruvaw jieħdu lil Rolando b’self mingħand Porto. Fl-istess ħin, però, dan jista’ ma jkunx faċli u allura tibqa’ miftuħa l-opzjoni Rugani. Juventus huma miftehma ma’ Empoli li jieħdluh lura f’Ġunju. Madankollu …