Romulo jitkellem dwar il-perjodu ikrah mimli injuries li kellu ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara diversi staġuni Romulo jidher li reġa’ sab l-aqwa forma tiegħu ma’ Verona. Hu għadda minn kalvarju fiżiku kbir li beda minn żmien Juventus. F’intervista reċenti ammetta li meta kien ma’ Juventus kellu wġigħ kbir li ma kienx iħallih jittrenja. Romulo stqarr li kien igawdi mill-fiduċja ta’ Allegri, biss ma kienx jirnexxilu jittrenja u jiġri. Issa b’xorti tajba dan kollu …

Romulo, staġun imħarbat mill-injuries

MatthewJuve News Leave a Comment

Malli Juventus kisbu s-servizzi ta’ Romulo b’self is-sajf li għadda, l-impressjoni ta’ kulħadd kienet li għamilna akkwist tajjeb. Fis-snin li qatta’ l-Italja, Romulo dejjem lagħab b’ċerta konsistenza u għaraf jgħaqqad flimkien il-kwalitajiet tekniċi tiegħu personali mal-ħtieġa li jiġri u jgħin lil sħabu tat-tim. Sfortunatament l-injuries persistenti din is-sena żammewh barra mill-azzjoni l-istaġun kollu. Allegri seta’ jilagħbu biss f’ħames partiti komplessivament. …

Injury ieħor għal Romulo

MatthewJuve News Leave a Comment

Romulo jinsab mill-ġdid barra b’injury. Fil-fatt wara l-isfida kontra Inter hu beda jħoss uġigħ muskolari f’koxxtu. Illum se jsirulu xi testijiet mediċi imma hu kważi ċert li se jkollu jerġa’ jieqaf ftit. Matthew Scerri

Romulo fil-lista ta’ plejers mgħajta

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara ħafna xhur isem Romulo jinsab mill-ġdid fil-lista ta’ plejers mgħajta minn Allegri. Kontra Sampdoria, però, se jkun nieqes Rubinho minħabba injury muskolari ħafif. Il-lista sħiħa ta’ plejers mgħajta hi: 1 Buffon 2 Romulo 3 Chiellini 5 Ogbonna 7 Pepe 8 Marchisio 9 Morata 10 Tevez 11 Coman 14 Llorente 15 Barzagli 17 De Ceglie 19 Bonucci 20 Padoin 21 …

Lejn tiġdid tas-self ta’ Romulo

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulma jmur qed isir dejjem iktar probabbli li Juventus ikellmu lil Verona dwar il-possibbilt li jkun imġedded għal sena s-self ta’ Romulo. Il-Bianconeri għalissa ma jridux jixtruh minħabba li ilu sena barra. Fl-istess ħin per xorta waħda jemmnu ħafna fih u allura jixtiequ li jibqa’ magħhom b’self għal sena, bil-possibbilità li jixtruh għal kollox is-sena ta’ wara. Matthew Scerri

Romulo lest biex jibda jittrenja

MatthewJuve News Leave a Comment

Romulo jinsab lest biex jibda jittrenja mal-bqija tat-tim. Hu ilu barra minn Novembru minħabba injury fil-groin. Qabel ma lagħabx wisq peress li kien qed iħoss l-uġigħ. B’kollox Romulo lagħab 3 partiti ma’ Juventus, għal total ta’ 100 minuta logħob. Issa finalment jinsab lest biex jidħol lura għat-training, għalkemm mhux se narawh malajr peress li l-fatt li ilu wieqaf se jikkomporta …

Min jista’ jitlaqna

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-suq tat-trasferimenti ma jissarrafx biss f’akkwisti. Hemm diversi plejers li jistgħu jħallu lil Juventus. Pepe, pereżempju, jista’ jsellimna u jingħaqad ma’ Atalanta. Matri u Romulo sejrin lura ma’ Milan u Verona rispettivament hekk kif se jintemm is-self tagħhom. De Ceglie, mill-banda l-oħra, mhux se jkun konfermat. Finalment hemm Fausto Rossi li qed jiġi segwit minn Villareal u Bologna. Matthew Scerri

Romulo. Daqt narawh lura

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent Alex Firmino żvela li Romulo daqt se jkun jista’ jirritorna għall-azzjoni. Firmino se jkun l-Italja l-ġimgħa d-dieħla sabiex jiltaqa’ ma’ Marotta u flimkien jiddeċiedu l-futur ta’ Romulo. Matthew Scerri

Romulo lura ma’ Verona?

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Verona jridu lura lil Romulo. Bħalissa hu qed jirkupra mill-operazzjoni li saritlu u fadallu sal-aħħar ta’ Frar sabiex jirritorna lura għall-azzjoni. Minn dak li nifhmu Verona jriduh lura sa tmiem l-istaġun. Infakkru li Romulo jinsab b’self ma’ Juventus, bil-Bianconeri jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox fis-sajf. Matthew Scerri