Mendes f’laqgħa oħra ma’ Florentino Perez

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Jorge Mendes mistenni jkolli l-laqgħa definittiva ma’ Florentino Perez biex jiffinalizza d-dettalji tat-trasferiment ta’ Ronaldo ma’ Juventus. Għada Perez irid jieħu sehem f’laqgħa tal-Bord tad-Diretturi ta’ Real Madrid u hu maħsub li se jkun qed jagħti rendikont sħiħ tan-negozjati ma’ Mendes f’isem Juventus. Matthew Scerri

Ronaldo rrifjuta offerta fenomenali miċ-Ċina

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-media Spanjola żvelat li ftit tal-ġimgħat ilu Ronaldo rċieva offerta fenomenali minn klabb Ċiniż li kien qed joffrilu paga ta’ 100 miljun fis-sena. Ronaldo ma riedx jaċċetta din l-offerta minħabba li jixtieq ikompli jilgħab f’kampjonat kompetittiv. Real Madrid xejn ma ħadu gost bl-għażla ta’ Ronaldo, anki għax il-klabb Ċiniż kien qed joffri 200 miljun lill-klabb Spanjol biex jikseb lil Ronaldo. …

Ir-Ronaldo Day se tkun fl-10 ta’ Lulju?

MatthewJuve News Leave a Comment

It-Tlieta 10 ta’ Lulju tista’ tkun ir-Ronaldo Day. Dakinhar fil-fatt se jkun hemm laqgħa tal-Bord tad-Diretturi ta’ Real Madrid u x’aktarx matulha Florentino Perez se jħabbar it-trasferiment ta’ Ronaldo ma’ Juventus. Il-Portugiż mistenni li jkun Turin fit-tieni nofs tal-ġimgħa d-dieħla. Matthew Scerri

Real Madrid iridu lil Ronaldo jiddikjara pubblikament li jrid jitlaqhom

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta Spanjola AS qed tirraporta li Florentino Perez irid li Cristiano Ronaldo jistqarr pubblikament li jrid jitlaq lil Real Madrid. Perez m’għandux oġġezzjonijiet li Ronaldo jingħaqad ma’ Juventus, biss irid li l-Portugiż jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dan it-trasferiment. Ma ninsewx li fi Spanja l-Presidenti jkunu eletti mis-supporters u għaldaqstant Perez ma jridx jidher ikrah f’għajnejn il-Madridisti. Matthew Scerri

Filmat ta’ Juventus dwar il-plejers bil-flokk numru 7

MatthewJuve News Leave a Comment

Qajjem kemxejn ta’ sensazzjonaliżmu filmat li deher fuq il-profil uffiċjali ta’ Juventus fuq Weibo, il-Facebook Ċiniż. Il-filmat kien fih l-ismijiet tal-plejers kollha li libsu l-flokk numru 7 ta’ Juventus mill-1995 ‘l quddiem. Il-filmat kellu l-iskop li jiċċelebra s-seba’ jum tas-seba’ xahar tas-sena, data partikolari u nafu kemm n-numri jingħataw importanza fil-kultura Ċiniża. Madankollu s-supporters Bianconeri raw fil-filmat indikazzjoni oħra li …

Ronaldo jrid iġib miegħu lil Marcelo u Modric?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħħar jiem raw ħafna spekulazzjonijiet dwar il-calciomercato Juventin. Kollox hu marbut ovvjament ma’ Ronaldo. Issa saħansitra qed ikun irrapurtat li Ronaldo qed jagħmel pressjoni fuq Juventus biex jakkwistaw żewġ plejers oħra ta’ Real: Marcelo u Modric. Nifhmu però li hu kważi impossibbli li dawn jingħaqdu ma’ Juventus minħabba kwistjoni ekonomika u anki għax Real mhux se jżarmaw lit-tim tagħhom għal …

Il-flokk ta’ Ronaldo ‘jisparixxi’ mill-iStore ta’ Real Madrid

MatthewJuve News Leave a Comment

Real Madrid qed ikomplu jibagħtu sinjali lis-supporters tagħhom li Cristiano Ronaldo mhux se jkompli jilbes il-flokk tat-tim Spanjol. Wara li Ronaldo ma deherx fil-poster li jirriklama l-flokk tal-istaġun li jmiss, issa kien innotat li fl-iStore ta’ Real Madrid mhux qed ikun espost aktar il-flokk ta’ Ronaldo. Bażikament fil-ħanut normalment ikun hemm flokkijiet bl-isem u n-numru tal-istilel tat-tim. Dawn ikunu diġà …