John Elkann tkellem ma’ Jorge Mendes dwar Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Nhar l-Erbgħa li għadda l-aġent ta’ Ronaldo, Jorge Mendes, kellu laqgħa privata ma’ John Elkann fir-Royal Park Golf I Roveri. Mendes kien Turin minħabba li Joao Cancelo kellu jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. F’din l-okkażjoni Elkann, li hu l-President tal-EXOR, il-kumpanija finanzjarja li tamministra l-ġid kollu tal-Familja Agnelli, tkellem ma’ Mendes dwar il-possibbiltà li Juventus jakkwistaw lil Cristiano Ronaldo. Allegatament il-Bianconeri …

Il-ħolma Cristiano Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Għall-ewwel dehret bħala waħda mill-fantasiji tas-soltu tal-calciomercato tas-sajf. Imma issa kulma jmur din l-aħbar donnha qed tieħu aktar sustanza. Juventus huma fost it-timijiet li lesti jakkwistaw lil Cristiano Ronaldo. Rapporti li qed joħorġu qed isostnu li l-EXOR tal-Familja Agnelli lesta tagħmel investiment qawwi fl-istilla Portugiża bil-għan li verament Juventus jikbru mil-lat ta’ marketing u jidħlu fi swieq ġodda kif ilhom …

Ronaldo: “Stajt sirt plejer ta’ Juventus meta kelli 17-il sena”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervista minn Del Piero, Cristiano Ronaldo żvela sigriet xi ftit jew wisq magħruf: “Meta kelli sbatax-il sena stajt immur ma’ Juventus. Irrid inkun onest għal kulħadd jafha. Meta kelli 17-il sena u bdejt nilgħab ma’ Sporting Lisbon, ħafna klabbs kienu interessati fija. Niftakar li kienu ssemmew anki Juventus, u kont ferħan  għax hu klabb straordinarju. Però kienu qed jissemmew anki …

Cristiano Ronaldo jista’ jintbagħat sena ħabs

MatthewJuve News Leave a Comment

Kważi ġimgħa qabel il-Finali ta’ Cardiff, Cristiano Ronaldo għandu biċċa inkwiet li taf tħarbtu ftit. Id-Dipartiment tat-Taxxa tal-Gvern Spanjol qed jippunta subgħajh lejn Ronaldo u qed isostni li dan evada parti mit-taxxa. L-akkuża hi li Ronaldo ma ħallasx it-taxxa kollha fuq id-dħul li jkollu mir-riklami, testimonials, etċ. Qed jintalab li minħabba din il-kwistjoni hu jintbagħat sena ħabs. Matthew Scerri

Ronaldo jirbaħ il-Ballun tad-Deheb

MatthewJuve News Leave a Comment

Cristiano Ronaldo hu r-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb 2016. Kulħadd kien qed jistenna li Ronaldo jirbaħ dan l-unur wara s-suċċessi li kiseb ma’ Real Madrid u t-tim nazzjonali Portugiż. Din hi r-raba’ darba li Ronaldo qed jirbaħ il-Ballun tad-Deheb. Fit-tieni u t-tielet post insibu lil Messi u Griezmann. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (22 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve News Leave a Comment

Irridu lil Ronaldo Ronaldo fil-mira ta’ Juventus. Iva qrajtu sewwa, irridu lil Ronaldo. Però mhuwiex Cristiano Ronaldo ta’ Real Madrid. Il-plejer inkwistjoni hu Ronaldo Pompeu da Silva, midfielder Brażiljan ta’ Pro Vercelli. Is-sidien proprji tiegħu huma Empoli. Skont ‘Tuttomercatoweb’ Juventus ilhom isegwuh u issa ddeċidew li jressqu offerta għalih. Neto ma’ Roma minn Jannar? Fil-ħarġa tal-lum ta’ “La Gazzetta dello …