Ronaldo magħżul bħala l-Aqwa Attakkant tas-sena li għaddiet

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt iċ-ċerimonja tat-tlugħ tal-poloz taċ-Champions League tħabbru r-rebbieħa tal-unuri individwali marbuta mal-istaġun li għadda. Ir-rebbieħ intgħażlu permezz ta’ votazzjoni fost il-kowċis tat-32 tim li se jieħdu sehem fiċ-Champions League, kif ukoll 55 ġurnalist mill-Ewropa. Ir-rebbieħa huma: L-Aqwa Gowlkiper: Keylor Navas (Real Madrid) L-Aqwa Difensur: Sergio Ramos (Real Madrid) L-Aqwa Plejer ta’ Nofs il-Grawnd: Luka Modric (Real Madrid) L-Aqwa Attakkant: Ronaldo …

L-effett Ronaldo … żieda ta’ 48% mid-dħul tal-gate money!

MatthewJuve News Leave a Comment

Cristiano Ronaldo jkompli jħalli impatt fuq Juventus kemm ġewwa kif ukoll barra l-grawnd. Tuttosport qed tirrimarka kontra Lazio fl-Allianz Stadium kien hemm 40,173 spettatur bil-gate money jkun jammonta għal 2,704,173 Ewro. Sena ilu, għall-ewwel partita home, id-dħul kien ta’ 1,821,632. Dan ifisser żieda ta’ 48% mid-dħul tal-gate money (882,541 Ewro). Matthew Scerri

Real Madrid ibigħu lil Ronaldo u lanqas jimlew nofs il-Bernabeu

MatthewJuve News Leave a Comment

It-trasferiment ta’ Ronaldo qed ikompli jħalli effett fuq is-supporters tat-tim ta’ Real Madrid. Fil-fatt għall-partita fil-Bernabeu kontra Getafe, kien hemm biss 48,446 spettatur, jiġifieri nofs l-istadium kien vojt. Interessanti li biex isibu partita home ta’ Real Madrid b’inqas spettaturi minn hekk irridu mmorru lura għal Mejju tal-2009, meta Ronaldo kien għadu ma ngħaqadx ma’ Real Madrid. Matthew Scerri