Jum kruċjali għal Salah u Cuadrado

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Tuttosport’ illum l-aġenti ta’ Salah u Cuadrado mistennija jkollhom laqgħat importanti mal-klabbs tagħhom peress li jrid isibu tim ġdid. Dan ifisser li llum jista’ jkun hemm aħbarijiet ġodda dwar il-futur tagħhom. Juventus iridu jifhmu kemm jiswew it-tnejn li huma. F’każ li l-prezz ikun tajjeb, allura Marotta jkun jista’ jaħdem biex jixtrihom. Matthew Scerri

Salah irid jitlaq lil Fiorentina

MatthewJuve News Leave a Comment

Salah jidher li jinsab orjentat li jitlaq lil Fiorentina. Illum hu mistenni li l-aġent tiegħu jiltaqa’ mad-diriġenti ta’ Fiorentina wara li kien imġedded is-self tiegħu mingħand Chelsea. Ħafna qed ibassru li l-aġent se jikkanċella dan l-appuntament bħala sinjal li Salah irid imur ma’ tim ġdid. Fuqu hemm Juventus, Inter, Roma u anki Milan. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (17 ta’ Ġunju 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Isla ma’ Fiorentina Juventus x’aktarx sabu tim għal Mauricio Isla. Fiorentina, fil-fatt, iriduh b’saħħa. Juventus m’għandhom l-ebda objezzjoni li jagħtuhulhom. Erbgħa jridu lil Storari Tliet timijiet tas-Serie A u wieħed tas-Serie B iridu jiksbu s-servizzi ta’ Marco Storari. It-timijiet huma: Bologna, Fiorentina, Frosinone u Cagliari. Falcao b’self ma’ Chelsea Il-media Ingliża qed tirraporta li hemm ftehim bejn Monaco u Chelsea …