Giorgio Chiellini ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Sampdoria

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Giorgio Chiellini rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għall-logħba kontra Sampdoria ta’ l-Erbgħa li għadda 26 ta’Ottubru 2016. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website. Il-plejer juventin kien protagonist ta’wirja tajba ħafna mhux biss taħt l-aspett difensiv biss iżda speċjalment taħt il-lasti ta’l-avversarji tagħna. Infatti n-numru 3 tal-Juventus sab ix-xibka darbtejn f’prestazzjoni li se tibqa’ mniżżla żgur fl-istorja personali tiegħu. Chiellini ġab it-38% tal-voti tagħkom. …

Protesti mis-sapporters ta’ Sampdoria

MatthewJuve News Leave a Comment

Sampdoria, l-avversarji ta’ Juventus għal nhar is-Sibt, għaddejjin minn moment diffiċli u delikat immens. Is-sapporters huma rrabjati immens għall-istaġun deludenti ferm li kellhom fejn kważi sfaw relegati. Illum is-sessjoni ta’ training tat-tim kellu jinżamm bil-bibien magħluqa u bil-pulizija tgħasses il-kanċelli minħabba l-biża’ ta’ xi reazzjoni żejda min-naħa tas-sapporters. Matthew Scerri