Sarri mistenni jibda jaħdem mill-Continassa dil-ġimgħa

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġimgħa li għaddiet Maurizio Sarri ma marx il-Continassa sabiex isegwi t-training individwali tal-plejers. Hu ħalla dax-xogħol f’idejn persuni mill-istaff tiegħu. Dil-ġimgħa, madankollu, se jkollu jmur il-Continassa. Skont La Gazzetta dello Sport hu probabbli min-nhar l-Erbgħa Sarri jibda jaħdem mill-Continassa, speċjalment jekk ikun possibbli li jerġa’ jibda t-training tat-tim kollu f’daqqa min-nhar it-Tnejn. Matthew Scerri

Sarri: “Hemm imħabba u mibegħda għal Juventus f’kull post tal-Italja”

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-programm A casa con la Juve, Maurizio Sarri ġie mistoqsi x’laqtu l-iktar dwar Juventus. Hu wieġeb: “Laqatni li hi mdawra b’imħabba u b’mibegħda f’kull post tal-Italja. Hi ħaġa li tifhem biss meta tgħix fid-dinja ta’ Juventus. Jgħidu li aħna dawk megħjuna mir-referees, imma mbagħad tara n-numri li jindikaw mod ieħor. Saffruli f’Napli, fejn twelidt, tajt kollox u ma rbaħtx …

Sarri: “Inġustizzja!”

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi tmiem Spal-Juventus, Maurizio Sarri ddefinixxa l-episodju tal-penalty ta’ Spal bħala inġustizzja. Hu ma daħalx fil-mertu jekk il-penalty kienx jew le, biss irrimarka li għall-ewwel darba ngħata penalty bil-VAR waqt li l-monitor tal-VAR ma kienx qed jaħdem. Sarri kompla jgħid li r-referee La Penna spjegalu wara l-partita li r-regolamenti jippermettu lir-referee tal-VAR li jagħti indikazzjonijiet meta l-monitor fil-grawnd ma jkunx …

Interess ta’ PSG f’Sarri

MatthewJuve News Leave a Comment

PSG qed jikkunsidraw li jsibu kowċ ġdid minflok Tuchel għas-sena d-dieħla hekk kif it-tim qed jonqos milli jikseb ir-riżultati mixtieqa fl-Ewropa. Fost il-kowċis li qed jikkunsidraw jidher li hemm anki Maurizio Sarri, speċjalment jekk verament Juventus jiddeċiedu li jmorru għal kowċ ieħor fis-sajf. Matthew Scerri