Għalfejn jista’ jkun Sarri l-kowċ il-ġdid ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar ġimagħtejn il-ġurnaliżmu mainstream irraporta bla tlaqlieq li Maurizio Sarri hu miftiehem ma’ Juventus u li daqt ikun imħabbar malli Chelsea jxoljulu l-kuntratt. Skont diversi gazzetti Fali Ramadani talab lil Chelsea li Sarri jitħalla jitlaq. Milli nafu s’issa Chelsea għadhom ma tawx risposta definittiva f’das-sens. Skont il-gazzetti dir-risposta se tingħata għada t-Tnejn 10 ta’ Ġunju u bażikament it-talba ta’ Sarri …

Sarri jwieġeb lil supporter Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-Sibt 9 ta’ Ġunju sarri kien jinsab f’restorant fil-belt ta’ Pistoia. Supporter Juventin mar fuqu u saqsieh jekk huwiex veru li se jkun qed jaħdem għal Juventus. Allegatament ir-risposta ta’ Sarri kienet: “Jekk Chelsea jħolluni mill-kuntratt … it-Tnejn tkunu tafu.” Matthew Scerri

L-istaff tekniku li Sarri għandu f’moħħu għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġurnalist Romeo Agresti hu konvint li nhar it-Tnejn Juventus se jħabbru lil Sarri bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom. Hu qed jirraporta anki li Sarri diġa’ tkellem ma’ Paratici u flimkien ifinalizzaw il-lista tal-membri tal-istaff tekniku. Gotti se jkun l-Viċi ta’ Sarri, filwaqt li Barzagli u Ianni se jkunu l-Assistenti tiegħu. Il-Physical Trainer se jkun Bertelli, megħjun minn Ranzato. Finalment it-Trainer tal-Gowlkipers …

Il-parti l-oħra: Sarri se jkun imħabbar nhar it-Tnejn

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-parti tal-ġurnaliżmu Taljan li jemmen li Sarri se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Juventus, qed tirraporta issa li nhar it-Tnejn Chelsea se jagħtu finalment il-kunsens tagħhom biex Sarri jkun jista’ jiffirma ma’ Juventus. Qed jissemma wkoll li Juventus se jħallsu kumpens ta’ 6 miljun Ewro lil Chelsea għall-fatt li Sarri se jkun qed jitlaqhom qabel it-tmiem tal-kuntratt tiegħu. Matthew Scerri

Sky – Chelsea llum se jxolju l-kuntratt ta’ Sarri

MatthewJuve News Leave a Comment

Sky huma konvinti li llum Chelsea se jagħtu r-risposta tagħhom lil Sarri wara li dan talab li jitħalla jitlaq. Sky qed ibassru li Chelsea se jilqgħu t-talba ta’ Sarri u għaldaqstant il-kowċ Taljan ikun jista’ jingħaqad ma’ Juventus. Sky, flimkien mat-tliet gazzetti prinċipali tal-isports fl-Italja, ilhom diversi jiem isostnu b’ċertezza li Sarri se jieħu post Allegri. Matthew Scerri

Sarri: “Qed inħoss in-nuqqas tal-Italja”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lil Vanity Fair, Maurizio Sarri kkonferma li qed iħoss in-nuqqas tal-Italja. Hu sostna li għalih kienet sena twila ma’ Chelsea u li jħoss in-nuqqas tal-ħbieb u l-ġenituri anzjani li ħalla warajh l-italja u li ftit li xejn jara. Skontu għadu jħoss imħabba kbira lejn is-supporters ta’ Napoli biss sostna “ma tistax tibqa’ leali lejn il-mara li ddivorzjajt minnha. …

Għadna nistennew. Sarri jew Guardiola?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-isem tal-kowċ il-ġdid ta’ Juventus għadu misteru sħiħ u l-affari qed issir xi wisq jew wisq qisha telenovela. Illum kellna diversi aħbarijiet li qishom jindikaw li verament se jkun Sarri l-kowċ minflok Allegri. Fil-fatt Guardiola jidher li wara partita basketball tkellem dwar Manchester City u l-konkorrenza li se jkollhom is-sena d-dieħla fil-Premier League u fl-Ewropa. Ovvjament wieħed irid jifhem eżatt …

Daqt inkunu nafu

MatthewJuve News 1 Comment

Issa li ntemmu l-kompetizzjonijiet kollha minn mument għall-ieħor irridu nistennew li Juventus iħabbru l-isem tal-kowċ il-ġdid. Ħafna qed ibassru li l-aħbar se tingħata għada t-Tnejn jew inkella nhar it-Tlieta. L-istennija hija ferm kbira hekk kif ilna diversi ġimgħat nisimgħu u naqraw minn kollox. Konvinti li l-għażla se tkun waħda għaqlija u li Juventus bħal dejjem se juru l-intelliġenza tagħhom fil-proċess …

Sarri jidher li talab lil Chelsea li jitħalla jitlaq

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi siti u gazzetti qed jirrapurtaw li l-Ġimgħa 31 ta’ Mejju l-aġent ta’ Sarri, Fali Ramadni kellu laqgħa ma’ Marina Granovskaia. Ramadani ressaq lil Chelsea t-talba ta’ Sarri li jitħalla jitlaq ma’ klabb ieħor. Skont dawn is-sorsi Chelsea qed jikkunsidraw serjament li jilqgħu t-talba ta’ Sarri. Ramadani telaq minn Londra u se jkun qed jistenna r-risposta ta’ Chelsea. Matthew Scerri

Sarri, Guardiola jew Pochettino?

MatthewJuve News Leave a Comment

Paratici kien ċar fi kliemu: Juventus se jistennew li jintemmu l-kompetizzjonijiet kollha qabel iħabbru l-kowċ il-ġdid. L-ispekulazzjonijiet mhumiex jieqfu. Bosta jemmnu li Juventus qed jistennew li tgħaddi l-Finali taċ-Champions League minħabba li Pochettino se jkun il-kowċ minflok Allegri. Oħrajn jemmnu li Pochettino fil-verità jista’ jimla’ l-vojt li se jħalli warajh Guardiola meta jitlaq lil Manchester City. F’das-sens illum kien hemm …