Higuain ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Sassuolo

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Gonzalo Higuain rebaħ l-unur ta’ Man of the Match għall-logħba kontra Sassuolo tas-Sibt li għadda 10 ta’Settembru 2016. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website. Il Pipita skorja 2 gowls wieħed isbaħ mill-ieħor u rebaħ b’distakk enormi. L-arġentin kiseb it-62% tal-voti filwaqt li fit-tieni spiċċa Lichtsteiner bi 8%. It-tielet post qasmuħ bejniethom Paulo Dybala u Mario Lemina b’ 7%. Grazzi …

Il-Highlights ta’Juventus-Sassuolo fuq YouTube

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Il-Juventus permezz tal-YouTube Channel Uffiċċjali tagħha għada kemm ippubblikat l-vidjow bil-highlights ta’l-aħħar logħba tas-Serie A bejn Juventus u Sassuolo ġol-Juventus Stadium. Għalhekk jekk tridu terġaw tammiraw iż-żewg gowls tal-Pipita Gonzalo Higuain jew l-ewwel gowl mal-bianconeri ta’ Miralem Pjanic, intefaw komdi u tpaxxew b’dawn il-highlights tal-logħba tas-Sibt li għadda. Pierre Bonavia