Juventus qed ifittxu difensur ċentrali

MatthewJuve News Leave a Comment

L-indikazzjonijiet huma li Juventus qed ifittxu difensur ċentrali ġdid. Nafu bl-interess f’Boateng, De Ligt u Godin. Ilna nisimgħu dwarhom. Issa jidher li Juventus talbu xi informazzjonijiet anki dwar Lindelof ta’ Manchester United u Stefan Savic ta’ Atletico Madrid. Kollha huma plejer li Juventus ilhom isegwu ħafna u minn dejjem esprimew stima kbira fihom. Matthew Scerri

Miċħuda l-aħbar li hemm ftehim għat-trasferiment ta’ Dybala ma’ Atletico Madrid

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġurnalist Spanjol Joaquin Rodriguez, li jaħdem għal Onda Cero u Antena 3, ta l-aħbar li Paulo Dybala jinsab miftiehem ma’ Atletico Madrid biex jingħaqad magħhom mill-istaġun li jmiss. Skontu Atletico se jħallsuh 100 miljun Ewro flimkien mal-plejer Stefan Savic. Din l-aħbar madankollu ma ġietx ikkonfermata. Saħansitra waslet ċaħda minn kelliem għall-istazzjonijiet Spanjoli. Matthew Scerri    

Irridu tnejn ta’ Fiorentina

MatthewJuve News Leave a Comment

M’hemmx biss l-istilel fil-mira ta’ Juventus. Il-Bianconeri jridu anki plejers forsi inqas ta’ fama imma li jistgħu jagħtu kontribut validissimu lit-tim. Tnejn minn dawn il-plejers huma Mati Fernandez u Stefan Savic ta’ Fiorentina. Il-Bianconeri ilhom warajhom u issa se jagħmlu tentattiv ieħor sabiex jiksbu s-servizzi tagħhom. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (10 ta’ Jannar)

MatthewJuve News Leave a Comment

Toronto jridu lil Giovinco Sportmediaset qed jirrapurtaw li anki l-klabb ta’ Toronto jinsab interessat f’Giovino. Huma qed joffrulu kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 3.5 miljun Ewro fis-sena. Tajjeb infakkru li hemm xnigħat li Giovinco qed ikollu kuntatti anki ma’ Monaco. Min imissu Wara li falla l-akkwist ta’ Sneijder, milli jidher Juventus bdew ifittxu xi plejers oħra li jilagħbu fl-istess pożizzjoni. …

Il-punt dwar Giovinco

MatthewJuve News Leave a Comment

Giovinco se jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni fil-ġimgħat tal-Calciomercato. Qed jissemma li hu jista’ jmur ma’ Fiorentina bi tpartit ma’ Savic jew Neto. Madankollu ‘Tuttosport’ tikteb li Giovinco jrid jibqa’ ma’ Juventus sa Ġunju meta jintemmlu l-kuntratt u hekk ikun jista’ jmur ma’ min irid. Intant ‘La Gazzetta dello Sport’ tirraporta li jekk Giovinco jitlaq ma’ tim ieħor f’Jannar, minfloku Juventus se …