Schick: “Juventus ma kienx jimpurtahom iktar minni”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lil Reporter, Patrick Schick sostna li fis-sajf li għadda kellu offerti mill-aqwa klabbs Taljani u hu għażel li jingħaqad ma’ Juventus. L-għażla waqgħet fuq Juventus għax kien kellmu Nedved. Meta mar għat-testijiet mediċi f’Ġunju kien qed iħossu plejer ta’ Juventus. Kien jaf li l-problema li kellu ma kinitx gravi u li kellu biżżejjed ħin biex jirkupra. Madankollu Juventus …

Fatta! Schick misluf lil Roma

MatthewJuve News Leave a Comment

Patrik Schick jista’ jitqies li hu plejer ta’ Roma. Illum waranofsinhar il-klabbs se jkunu qed jiffirmaw il-karti għat-trasferiment ta’ Schick b’self ma’ Roma, self li se jiswa 5 miljuni. Is-sena d-dieħla Roma għandhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 33 miljun Ewro oħra. Matthew Scerri

Mossa Juventina oħra għal Schick?

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli t-telenovela Schick fuq il-mezzi tax-xandir Taljani. Hekk kif kollox kien jindika li Schick kien se jaċċetta l-offerta ta’ Roma, Sky ħarġu bl-aħbar li Juventus lesti jressqu offerta oħra għal Schick. Il-Bianconeri jidhru li ma jridux jafu li jitilfu lil Schick. Tgħid dan se jkun tentattiv iddisprat, jew inkella verament hemm ftehim ma’ Schick? Matthew Scerri

Il-verżjoni ta’ Marotta dwar Schick

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi kliem Marotta kienet biss kumbinazzjoni li lbieraħ l-avukat Romei, l-id il-leminija tal-President ta’ Sampdoria, kien fl-istess lukanda fejn kienu jinsabu Juventus. Id-DĠ Juventin sostna li huma tkellmu l-aktar dwar l-istrateġiji tal-amministrazzjoni tal-futbol Taljan. Imbagħad tkellmu anki fuq fuq dwar Schick, b’Juventus iddispjaċuti għall-mod kif tilfuh. Marotta żvela li meta kienet inqalgħet dik il-problema tas-saħħa, Juventus kienu offrew lil Sampdoria …

Roma u Sampdoria miftehma. Schick għadu indeċiż

MatthewJuve News Leave a Comment

Fis-sigħat li ġejjin se jkun deċiż il-futur ta’ Patrik Schick. Prattikament Roma għandhom ftehim ma’ Sampdoria u jonqoshom biss li Schick jaċċetta l-offerta tagħhom. S’issa għadu mhux magħruf x’se jagħmel Schick. Allegatament ix-xewqa tiegħu personali għadha li jingħaqad ma’ Juventus. Madankollu l-pressjoni li qed jagħmlu fuqu Roma u Sampdoria hi tassew qawwija u finalment jaf jaċċetta li jilgħab għat-tim tal-kapitali. …

Sampdoria urtati bl-atteġġament ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun rappurtat li Sampdoria huma urtati ferm ma’ Juventus minħabba li lbieraħ kellhom laqgħa mal-aġent Paska li jirrappreżenta lil Schick. Sampdoria qed jibżgħu li l-indħil ta’ Juventus se jfixkel il-bejgħ ta’ Schick lil Roma li qed joffru 7.5 miljuni aktar minn Juventus (Roma offrew 38 miljun, Juventus 30.5 miljun). Matthew Scerri

Juventus kellmu mill-ġdid lil Sampdoria dwar Schick!

MatthewJuve News Leave a Comment

Minkejja li Marotta jumejn ilu qalilna li Schick hu kaptilu magħluq, tard il-Ġimgħa waranofsinhar saret laqgħet bejn Juventus u Sampdoria għall-attakkant mir-Repubblika Ċeka. Hu kien jidher qrib ferm li jingħaqad ma’ Roma għas-somma ta’ 38 miljun. Malli Juventus saru jafu b’dan immedjatament kellmu mill-ġdid lil Sampdoria għalih. Qed ikun rappurtat li l-Bianconeri offrew is-somma ta’ 30.5 miljun Ewro, bħalma kienu …

Keita u Schick. Pass lura minn Juventus għalissa?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi kliem Marotta stess, Keita u Schick huma kapitli magħluqa għal Juventus fis-sens li l-Bianconeri ma jriduhomx iktar. Kemm hu veru dan? Marotta dejjem qal li Juventus lesti jieħdu kull opportunità li tinqala’. Fl-istess ħin Juventus jemmnu ħafna fit-talent ta’ Schick u Keita. Probabbli, allura, li Juventus attwalment mhux interessati fihom, biss lesti jmorru għalihom jekk ‘il quddiem ikun hemm …

Marotta jitkellem dwar Schick, Keita, Garay u Spinazzola

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta reġa’ tkellem illum dwar il-mercato Juventin. Hu sostna li Keita u Schick huma każijiet magħluqa għal Juventus. Dwar Spinazzola, Marotta sostna li filwaqt li Juventus għandhom bżonn plejer bil-karatteristiċi tiegħu, xorta waħda l-Bianconeri lesti jonoraw il-ftehim ma’ Atalanta. Skont Marotta t-tim hu tajjeb kif inhu, biss jekk jinqalgħu xi opportunitajiet tajba, Juventus mhux se jħalluhom jaħarbulhom. Mistoqsi dwar …