Juventus-Udinese 0-1

MatthewJuve News 2 Comments

Nafu li kienet se tkun sena diffiċli u fil-fatt fl-ewwel partita tal-kampjonat ħriġna telliefa. Udinese rebħulna 0-1 f’partita li kollox ma’ kollox kien ikun iktar ġust li tintemm bl-iskor ta’ draw. Hu diffiċli ferm li tikkummenta dwar din il-partita għax onestament hem wisq plejers importanti neqsin b’injury u għad fadal xi akkwisti li jridu jaslu. Il-Juventus li rajna llum mhix …

Illum jibda l-kampjonat tas-Serie A 2015/16!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla jibda l-kampjonat tas-Serie A 2015/16, bil-Bianconeri ta’ Allegri jibdew id-difiża tat-titlu għada fis-6.00 p.m. kontra Udinese fil-Juventus Stadium. Wara erba’ kampjonati letteralment iddominati minn Juventus, it-tim ta’ Allegri se jsibha inevittabilment tqila li jikkonferma ruħu bħal champion tal-Italja. Inbidlu diversi plejers fit-tim Juventin. Telqu Storari, Pirlo, Tevez, Vidal u Ogbonna. Minflokhom ġew niex bħal Dybala, Mandzukic, Khedira, Alex Sandro, …

Juventus-Udinese għat-tielet darba fl-ewwel ġurnata tas-Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-istorja tas-Serie A insibu li Juventus lagħbu darbtejn oħra fil-passat kontra Udinese fl-ewwel partita tal-istaġun. L-ewwel konfront imur lura għall-1960, bil-Bianconeri jegħlbu lil Udinese barra minn darhom bl-iskor ta’ 0-1 gowl ta’ Umberto Colombo. Imbagħad reġa’ kellna Udinese-Juventus fl-1986. L-iskor din id-darba kien ta’ 0-2 b’gowls ta’ Brio u Manfredonia. Tgħid verament fuq tlieta toqgħod il-borma? Matthew Scerri