Juventus-Sampdoria 5-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Ħames gowls bħall-ħames kampjonati mirbuħa konsekuttivament. Juventus temmew il-kampjonat b’rebħa fenomenali oħra li wriet li verament fil-grawnd ħadd ma jista’ jlaħħaq magħhom. Dybala b’doppjetta u d-difensuri skorjaw il-gowls tar-rebħa Bianconera. Issa nhar is-Sibt jinżel is-siparju fuq dan l-istaġun b’Juventus jilagħbu l-Finali tal-Coppa Italia. JUVENTUS-SAMPDORIA 5-0 Skorjaw: 2 Dybala (1 pen.), Evra, Chiellini, Bonucci JUVENTUS: Neto, Bonucci, Barzagli, Chiellini; Lichtsteiner, Pereyra …

Juventus-Sampdoria fl-14 ta’ Mejju fil-5 ta’ waranofsinhar

MatthewJuve News Leave a Comment

Issa nistgħu ngħidu uffiċjalment li Juventus-Sampdoria se tintlagħab nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju fil-5.00 p.m. Kien għad hemm xi dubju dwar jekk il-partita hix se tintlagħab fil-5 jew fis-6 ta’ waranofsinhar, biss grazzi għall-fatt li Sampdoria huma issa matematikament salvi mhux se jkun hemm bżonn li huma jilagħbu fl-istess ħin ta’ Carpi u Palermo. Juventus-Sampdoria, għaldaqstant, tista’ tibda fil-5.00 p.m. …

Verona-Juventus 2-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ħafna plejers nieqsa u d-distrazzjonijiet psikoloġiċi tal-plejers fil-grawnd waslu biex Juventus soffrew l-ewwel telfa fil-kampjonat f’din is-sena 2016. Il-kampjonat issa m’għadx fadallu storja u allura hu pjuttost normali li jaslu telfiet bħal dawn. Verona-Juventus 2-1 Skorjaw: Toni (pen.) (V), Vivian (V), Dybala (pen.) (J) Verona (4-2-3-1): Gollini; Pisano, Bianchetti, Helander, Emanuelson; Marrone ( Greco), Viviani; Wszolek, Ionita, Siligardi (Romulo); Toni …

Uffiċjali: Juventus-Sampdoria fl-14 ta’ Mejju

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Lega Calcio ħabbret uffiċjalment li Juventus-Sampdoria se tintlagħab is-Sibt 14 ta’ Mejju fil-5.00 p.m. Il-ħin jista’ jimxi għas-6.00 p.m. ta’ dakinhar stess jekk il-Lega Calcio tħoss il-ħtieġa li Juventus-Sampdoria, Palermo-Hellas Verona u Udinese-Carpi jintlagħbu kollha fl-istess ħin. Matthew Scerri

Juventus-Carpi 2-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Hernanes u Zaza. Ir-riservi ta’ Juventus, nies li f’timijiet oħra jkunu regolari mal-ewwel ħdax imma li ma Juventus ftit li xejn sabu spazju din is-sena. Il-Bianconeri minkejja li reb ħu l-kampjonat, xorta waħda onoraw il-partita u komplew bis-sensiela twila ta’ rebħiet fil-kampjonat. Bażikament wara t-telfa ta’ sassuolo f’Ottubru li għadda, il-Bianconeri rebħu kull partita (għajr waħda fil-kampjonat) u allura meritatament …

Juventus-Sampdoria mmexxija għas-Sibt 14 ta’ Mejju?

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm x-xnigħa li l-Lega Calcio tista’ tiddeċiedi li Juventus-Sampdoria tintlagħab is-Sibt 14 ta’ Mejju fis-6.00 p.m. S’issa l-partita hi maħsuba li ssir il-Ħadd 15 ta’ Mejju. Il-Lega Calcio jista’ jkun li tagħżel li tmexxija għas-Sibt sabiex Juventus ikollhom jum iktar mistrieħ qabel il-Finali tal-Coppa Italia. Matthew Scerri

Fiorentina-Juventus 1-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Jekk qatt ridna konferma li Juventus huma l-aqwa tim tas-Serie A u li meritatament ħaqqhom jirb ħu l-kampjonat, din waslet illum. Il-Bianconeri lagħbu kontra avversarju diffiċli, tim organizzat ferm li dejjem ta partita lil kulħadd. Anki llejal Fiorentina poġġew lil Juventus f’diffikultà. Bħas-soltu però d-differenza għamluha l-istilel Bianconeri: Mandzukic li poġġa lil Juventus fil-vantaġġ; Morata li reġa’ poġġa lil Juventus …

L-ewwel partita tas-Serie A bi plejers barranin!

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilbieraħ inkitbet paġna ġdida fl-istorja tas-Serie A. Fil-fatt għall-ewwel darba fl-istorja assistejna għal partita bejn żewġ timijiet li lagħbu bi plejers kollha barranin. Udinese-Inter bdiet bi ħdax-il plejer barranin fuq kull naħa. Lejn tmiem it-tieni taqsima daħlu żewġ plejers Taljani (Pasquale fil-31 minuta u D’Ambrosio fil-41 minuta). Fatt hekk qatt ma kien ġara qabel f’iktar minn mitt sena tal-kampjonat Taljan. …

Juventus-Lazio 3-0 … pass ‘il bogħod mir-rebħ tal-iscudetto

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Juventus jinsabu ftit punti tassew ‘il bogħod mir-rebħ tal-iscudetto numru 34 fl-istorja tagħhom u l-ħames konsekuttiv fl-aħħar snin. Il-Bianconeri letteralment huma magna perfetta b’26 rebħa fl-aħħar 27 partita fil-kampjonat. Napoli kienu avversarji mill-aqwa biss kontra din l-iskwadra Bianconera ftit li xejn kellhom ċans li jirbħu. Illejla stess kontra Lazio rajna tim wieħed biss fil-grawnd, dak Juventin li letteralment ġab fix-xejn …