Shaqiri jispjega

MatthewJuve News Leave a Comment

Xherdan Shaqiri kkonferma li kellu ħafna offerti minn diversi klabbs, fosthom anki Juventus. Hu spjega li għażel lil Inter wara li tkellem ma’ Mancini. Skont Shaqiri, Inter huma l-aqwa soluzzjoni għalih peress li se jkun jista’ jilgħab b’kontinwità fi proġett tattiku li jogħġbu ħafna. Matthew Scerri

Shaqiri ma’ Inter

MatthewJuve News Leave a Comment

Inter ħadu lil Xherdan Shaqiri b’self b’obbligu li jixtruh fis-sajf. Hu se jkun ippreżentat għada. Juventus tilfu wieħed mill-plejers li ilhom isegwu u jinnegozjaw. Is-supporters huma ovvjament irrabbjati peress li qed jaraw lit-timijiet l-oħra jixtru u Juventus għadhom ma għamlu xejn. Matthew Scerri

Shaqiri miftiehem ma’ Inter

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulma jmur qed isir dejjem iktar probabbli li Inter jixtru lil Xherdan Shaqiri. ‘Tuttosport’ tirraporta li n-Nerazzurri għandhom ftehim mal-plejer innifsu. Issa jonqos li Inter isibu ftehim ma’ Bayern Munich. Mhux magħruf eżatt x’wassal biex Juventus ma baqgħu jippruvaw jixtruh. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (4 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Neto se jitlaq lil Fiorentina Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Fiorentina ħabbru li l-aġenti ta’ Neto infurmawhom li l-gowlkiper ma jridx jaf li jiffirma kuntratt ġdid magħhom. Neto se jitlaq lil Fiorentina fi-sajf wara li jintemmlu l-kuntratt tiegħu. Juventus, Roma u Inter iriduh, għalkemm tajjeb ngħidu li Inter u Roma qed jiggarantulu post mal-ewwel ħdax, filwaqt ma’ Juventus se jkun biss …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (2 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Marotta b’offerta ġdida għal Shaqiri Minħabba l-konkorrenza ta’ Inter, Marotta kellu jibdel l-offerta tiegħu għal Shaqiri. Hu qed joffru 3 miljuni għas-self tiegħu sa Ġunju. Wara jrid l-obbligu li jixtrih għal kollox. Dan l-obbligu jidħol fis-seħħ biss jekk Juventus jirbħu l-iscudetto u fl-istess ħin jaslu sal-Kwarti Finali taċ-Champions League. Sneijder lest jgħid ‘iva’ lil Juventus Wesley Sneijder lest jiġi ma’ …

Il-prezz ta’ Shaqiri

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-website ‘Tuttojuve.com’ tagħti l-aħbar li Bayern Munich stabilew il-prezz ta’ Xherdan Shaqiri. Huma jridu 18-il miljun Ewro cash, u mhux se jaċċettaw self. Juventus, Inter u Liverpool huma l-iktar klabbs interessati fih. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (31 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve News Leave a Comment

Montoya diffiċli immens Wara li lbieraħ it-Tribunal tal-Arbitraġġ tal-Isports ikkonferma s-sentenza tal-FIFA li se żżomm lil Barcellona milli tagħmel akkwisti ġodda sal-2016, jidher li l-akkwist ta’ Montoya issa hu kkumplikat ferm. Fil-fatt Barcellona mhux se jkunu jixtru plejers għajr dawk bla kuntratt. Għaldaqstant huma mhux se jbigħu lil Montoya malajr peress li mhux se jkun faċli għalihom li jsibu sostitut …

Juve vs Inter għal Lavezzi u Shaqiri

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli r-rivalità bejn Juventus u Inter fil-kampanja akkwisti. Fil-fatt wara li Inter marru għal Lavezzi, sar magħruf li anki l-Bianconeri daħlu għall-istilla Arġentina ta’ PSG. Inter ħadu għalihom għax rawha bħala indħil żejjed. Għaldaqstant, biex ipattuha lil Juventus, huma ressqu offerta għal Shaqiri. F’dan l-istadju hu diffiċli ferm li wieħed jifhem x’se jkun il-futur ta’ Lavezzi u Shaqiri. Matthew Scerri

L-ismijiet kollha għat-trekwartista

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-intervista ta’ ftit jiem ilu fejn Allegri esprima x-xewqa li jkollu trekwartista fit-tim, jiġifieri plejer li jilgħab bejn il-midfield u l-attakk, il-gazzetti u s-siti tal-futbol huma mifqugħa b’aħbarijiet dwa akkwisti possibbli f’din il-pożizzjoni. L-ismijiet li qed isiru bl-iktar insistenza huma dawk ta’ Shaqiri u Sneijder. Qed jissemmew anki Ben Arfa, Taarabt u Vazquez. Ovvjament irridu nistennew ftit tal-jiem sabiex …

Shaqiri. Daqt niftħu negozjati ma’ Bayern

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulma jmur hu dejjem iktar probabbli li Xherdan Shaqiri jsir l-objettiv numru wieħed tal-mercato Juventin. Fil-fatt ‘Sky’ taw l-aħbar li sar kuntatt mal-aġent tiegħu u hu probabbli li Juventus daqt iftħu negozjati ma’ Bayern Munich. Allegatament il-Ġermaniżi lesti jagħtuh b’self biss iridu l-obbligu min-naħa ta’ Juventus li jixtruh għal kollox fis-sajf. Juventus, mill-banda tagħhom, jippreferu li jkollhom id-dritt, mhux obbligu, …