Juve ma jridux iktar lil Siqueira

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus iddeċidew li jwaqqfu għal kollox kull tip ta’ negozjati għall-akkwist ta’ Guilherme Siqueira. Il-Bianconeri se jafdaw fuq Padoin u Asamaoh, meta dan ikun lest għal-logħob. L-aħbar sabet konfermi anki fi Spanja fejn ‘AS’ qed tirraporta li Siqueira ħa għalih minħabba f’hekk. Matthew Scerri

Siqueira jixtieq ftit jiem oħra biex jaħsibha

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Tuttojuve.com’ Siqueira talab ftit jiem oħra biex ikun jista’ jieħu d-deċiżjoni tiegħu. Fil-fatt PSG qed joffrulu paga aqwa minn dik ta’ Juventus, ogħla b’xi 30%. Barra minn hekk PSG għadhom kemm biegħu lil Digne lil Roma u għaldaqstant hemm post vakanti mal-linja fit-tim tagħhom. Siqueira qed jikkunsidra sew l-offerta ta’ PSG għalkemm Juventus għadhom il-favoriti biex jiksbu s-servizzi tiegħu. …

Ħadna lil Siqueira!

MatthewJuve News Leave a Comment

Guilherme Siqueira jista’ jitqies bħala plejer ġdid ta’ Juventus. Fil-fatt tard ilbieraħ Juventus laħqu ftehim ma’ Atletico Madrid. Siqueira ġej b’self bl-obbligu li Juventus jixtruh is-sena d-dieħla għal 9 miljuni. Matthew Scerri

Laqgħa għal Siqueira

MatthewJuve News Leave a Comment

Sky taw l-aħbar li d-Direttur Tekniku ta’ Atletico Madrid, Andrea Berta jinsab l-Italja. Hu mistenni jkollu laqgħat ma’ Juventus dwar it-trasferiment mal-Bianconeri ta’ Guillhermo Siqueira. Milli jidher l-ewwel preferenza ta’ Juventus fil-pożizzjoni ta’ full-back hi Alex Sandro ta’ Porto, segwit minn Kurzawa ta’ Monaco. Madankollu dawn it-tnejn jidhru diffiċli ħafna u allura Marotta dar fuq Siqueira. Matthew Scerri

Se nixtru difensur ċentrali?

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus huma ftit imħassba dwar Barzagli u Asamoah. It-tnejn li huma qed ikollhom ħafna injuries u bażikament ma tantx ikunu disponibbli għal-logħob. “La Stampa” tirraporta li Marotta u Paratici qed jikkunsidraw li jinvestu f’difensur ċentrali ġdid minflok Barzagli (li għandu 34 sena). Fl-istess ħin Siqueira se jkun is-sostitut ta’ Asamoah. Matthew Scerri