X’jiġri jekk ma jiġix Witsel f’Jannar?

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom jistennew risposta mingħand Zenit dwar Witsel u t-trasferiment tiegħu f’Turin fix-xahar ta’ Jannar. Is-supporters qed jistaqsu x’se jiġri jekk it-trasferiment jerġa’ ma jseħħx. Online qed ikun hemm diversi ipoteżi f’dan is-sens. Qed isuru l-ismijiet ta’ Sissoko (li kien segwit fis-sajf ukoll) u Bakayoko. Jidher li hemm interess anki f’Baselli ta’ Torino. Imma skont ‘Calciomercato.com’ l-alternattiva vera għal Witsel …

Sissoko jiswa 40 miljun

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘As’ Newcastle qed jitolbu 40 miljun Ewro għal Sissoko. Din is-somma qatgħet qalb Real Madrid u konvinti li se taqta’ anki qalb Juventus. Il-Bianconeri lesti jibdew jinnegozjawh biss wara li jkun telaq Pogba. Matthew Scerri

Min flok Pogba?

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi plejers qed jissemmew li jistgħu jieħdu post Pogba ma’ Juventus. Il-kandidat numru wieħed hu Axel Witsel li qed jippreferi lil Juventus minkejja offerta aqwa għalih minn Everton. Midfielder ieħor li jogħġob ħafna lil Allegri hu Matic, biss Conte jidher li mhux se jbigħu. Plejers oħra segwiti minn Juventus huma: Moussa Sissoko, Brozovic, Matuidi u Biglia. Matthew Scerri

Min flok Pogba?

MatthewJuve News 1 Comment

Bdew l-ispekulazzjonijiet dwar min se jieħu post Paul Pogba ma’ Juventus. L-ismijiet li qed isiru b’insistenza huma dawk ta’ Witsel (Zenit), Biglia (Lazio) u Brozovic (Inter). Andre Gomes jidher li se jingħaqad ma’ Real Madrid u allura mhux se jkun jista’ jiġi ma’ Juventus. Hemm anki interess f’William Carvalho (Sporting Lisbon) u Moussa Sissoko (Newcastle). Matthew Scerri

Interess f’Sissoko

MatthewJuve News Leave a Comment

Fost l-aqwa plejers fil-grawnd fil-finali tal-Euro2016 kien hemm żgur Sissoko. Diversi klabbs tefgħu għajnejhom fuqu anki għax jafu li t-tim tiegħu, Newcastle, safa relegat u allura hu se jitlaqhom. Juvetnus ukoll tħajru għalih għalkemm għad m’hemmx negozjati ma’ Newcastle. Matthew Scerri