Parma jinsabu milquta minn skandlu ieħor li jista’ jwassal biex jitilfu d-dritt li jilagħbu fis-Serie A fl-istaġun li jmiss. Fil-fatt il-Procura Federale qed tixli lill-plejer tagħhom Emanuele Calaiò b’tentattiv ta’ illeċitu sportiv b’konnessjoni mal-partita Spezia-Parma. Ftit jiem qabel intlagħbet din il-partita, Calaiò bagħat xi messaġġi sms lil xi eks-sħabu li attwalment jilagħbu ma’ Spezia. Parma wkoll se jkunu mixlija għar-responsabbiltà …
Milqugħ ir-rikors ta’ Andrea Agnelli
Il-Qorti tal-Appell tal-FIGC laqgħet ir-rikors ta’ Andrea Agnelli u ordnat li s-sospensjoni tal-President Juventin tintemm b’effett immedjat. Infakkru li Andrea Agnelli kien ġie sospiż sena b’rabta mal-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti fl-Allianz Stadium. Din is-sospensjoni tneħħiet bis-sentenza tal-lum. Juventus weħlu multa ta’ 600,000 Ewro, kif ukoll ġie ordnat li fl-okkażjoni tal-partita Juventus-Genoa tal-21 ta’ Jannar 2018, il-Curva Sud tal-Allianz …
L-Appell ma nstemax. Juventus iridu dokumentazzjoni dwar każijet simili
L-Appell ta’ Andrea Agnelli ma nstemax illum u ġie postpost għall-4 ta’ Diċembru wara talba mill-avukati ta’ Juventus li jinkisbu aktar dokumenti dwar każijet simili u li dawn jidħlu fl-atti tal-proċess. Din hi l-istrateġija ta’ Juventus. Min jaf jekk hix se tħalli l-effetti mixtieqa. Matthew Scerri
Illum jinstema’ l-Appell imressaq minn Andrea Agnelli
Illum fl-4 ta’ waranofsinhar se jinstema’ l-Appell imressaq minn Andrea Agnelli dwar is-sentenza ta’ sena sospensjoni b’rabta mal-iskandlu tal-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti fl-Allianz Stadium. L-avukati ta’ Andrea Agnelli qed jittamaw li l-President Juventin jiġi meħlus minn kull akkuża. Matthew Scerri
Sospensjoni Andrea Agnelli. L-Appell jinstema’ fil-15 ta’ Novembru
Fil-15 ta’ Novembru se jinstema’ l-Appell imressaq minn Andrea Agnelli u Juventus dwar is-sentenza tal-giustizia sportiva marbuta mal-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti fl-Allianz Stadium. Agnelli u Juventus qed jittama li jirnexxilhom joħorġu meħlusa minn kull akkuża. Matthew Scerri
Juventus kienu intimidati mill-ultras mafjużi!
Illum ħarġu il-motivazzjoni tas-sentenza tal-Qorti ta’ Torino dwar il-proċess bl-isem ta’ “Alto Piemonte”. F’Ġunju li għadda l-proċess kien intemm bil-kundanna ta’ 13-il persuna, fosthom Saverio u Rocco Dominello. Fid-dokument tal-lum hemm miktub ċar u tond li l-‘Ndrangheta kienet qed tikkontrolla lill-ultras Bianconeri, liema ultras kienu qed jintimidaw lil Juventus sabiex jiksbu l-biljetti li mbagħad l-‘Ndragheta kienet tbigħ mill-idejn. Infakkru li …
Juventus se jappellaw!
Permezz ta’ stqarrija Juventus ħabbru li se jkun qed jappellaw għas-sentenza tal-giustizia sportiva. Il-klabb esprima s-sodisfazzjon tiegħu li s-sentenza eskludiet kull tip ta’ rabtiet bejn ħaddiema ta’ Juventus u nies marbutin mal-mafja. Hawn taħt tistgħu ssibu l-istqarrija sħiħa bit-Taljan u bl-Ingliż. NOTA DELLA SOCIETÀ Juventus Football Club, preso atto dell’odierna decisione del Tribunale Federale Nazionale, preannuncia ricorso presso la Corte …
Andrea Agnelli sospiż sena mill-futbol
Intemm il-process quddiem il-giustizia sportiva dwar l-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti fil-Juventus Stadium. Andrea Agnelli ġie sospiż sena u mmultat 20,000 Ewro minkejja li s-sentenza ċaħdet li kien hemm rabtiet mal-‘Ndrangheta. Juventus weħlu multa ta’ 300,000 Ewro. Francesco Calvo u Stefano Merulla weħlu l-istess kundanna bħal Agnelli. Alessandro D’Angelo ngħata multa ta’ 20,000 Ewro flimkien ma’ sospensjoni ta’ sena …
Mitluba sospensjoni ta’ sentejn u nofs għal Andrea Agnelli
Il-Prosekutur Giuseppe Pecoraro talab sospensjoni ta’ sentejn u nofs għal Andrea Agnelli b’konnessjoni mal-każ tal-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti fil-Juventus Stadium. Din is-sospensjoni tkun valida mhux biss fl-Italja, imma tkun estiża anki għal karigi fi ħdan l-Uefa u l-FIFA. Pecoraro talab anki sitt xhur sospensjoni u 10,000 Ewro multa kull wieħed għal Francesco Calvo, Stefano Merulla u Alessandro Nicola …
Beda l-Proċess tal-Giustizia Sportiva fil-konfront ta’ Andrea Agnelli u uffiċċjali oħra ta’ Juventus
Illum f’Ruma kellhom l-ewwel seduta tal-Proċess tal-Giustizia Sportiva fil-konfront ta’ Andrea Agnelli u tliet uffiċċjali Bianconeri oħra (wieħed minnhom però m’għadux ma’ Juventus) marbuta mal-każ tal-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti tal-Juventus Stadium. Andrea Agnelli stess kien preżenti f’Ruma. Wara sagħtejn ta’ dibattitu preliminari, is-seduta waqfet. Issa l-proċess se jitkompla fil-15 ta’ Settembru. Matthew Scerri