Mill-ġdid Cuadrado u Sneijder

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-problemi li Juventus qed ikollhom biex jixtru lil Draxler, Gotze jew Isco, qed iwasslu biex Juventus imorru lura għal xi objettivi li kellhom qabel. L-ewwel nett hemm Cuadrado, li Chelsea lesti jisilfulna bid-dritt li nixtruh għal kollox is-sena ta’ wara għal 25 miljun Ewro. Imbagħad hem Sneijder li llum jiswa bejn 6 u 8 miljuni. Matthew Scerri

Għadna rridu lil Sneijder

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-website ‘Sportmediaset’ qed tirraporta li għadu ħaj l-interess ta’ Juventus f’Wesley Sneijder. Il-Bianconeri jeħtieġu trekwartista u fost il-plejers li qed isegwu hemm anki Sneijder li nafu li l-Bianconeri riedu jixtru diġà f’Jannar li għadda. Matthew Scerri

Tentattiv ieħor għal Sneijder fis-sajf

MatthewJuve News Leave a Comment

Fis-sajf li ġej Juventus se jagħmlu tentattiv ieħor sabiex jixtru lil Wesley Sniejder mingħand Galatasaray. ‘Daily Star’ tirraporta li Juventus u Chelsea jinsabu interessati f’Sneijder. Galatasaray f’Jannar riedu 20 miljun Ewro għal Sniejder. Fis-sajf imma l-prezz ta’ Sneijder mistenni jinżel sew peress li hu għandu kuntratt li jiskadi fl-2016. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (18 ta’ Jannar)

MatthewJuve News Leave a Comment

Sturaro. Il-punt s’issa Il-President ta’ Genoa m’għandux oġġezzjoni li Juventus jieħdu lil Sturaro f’Jannar. Madankollu hu talab ftit jiem sakemm jirranġa xi affarijiet u wara Sturaro jkun jista’ jissieħeb ma’ Juventus. Allegatament il-kowċ ta’ Genoa, Gasperini hu kontra dan it-trasferiment peress li għandu lil Tino Costa barra b’injury. Illum stess Preziosi għandu jkellem lil Gasperini. Huma mistennija żviluppi fis-sigħat li …

Marotta jitkellem dwar il-mercato

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel il-partita kontra Napoli, Beppe Marotta stqarr li Juventus mhumiex preokkupati bid-difiża peress li Caceres daħal lura għal-logħob, waqt li Barzagli qed jittrenja wkoll. Skont Marotta, Juventus għadhom skwadra tajba u se jixtru biss plejers tajbin li jkunu jiswew ftit flus. Huma ħasbu li Sneijder seta’ jkun plejer hekk, imma Galatasaray ma jridux jafu li jneħħuh. Marotta kkonferma li Mkhitaryan …

Sneijder mhux ġej

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent Guido Albers stqarr ilbieraħ filgħaxija li Wesley Sneijder se jibqa’ żgur ma’ Galatasaray. Hu kellu laqgħa mad-diriġenti tal-klabb Tork u ressqilhom l-offerta Bianconeri. Juventus waslu li joffru l-iktar 7.5 miljun Ewro flimkien ma’ 2 miljuni f’performance bonus. Madankollu Galatasaray ma aċċettawx l-offerta peress li huma jridu 14-il miljun Ewro. Matthew Scerri

Sneijder. Illum jum importanti

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum l-aġent ta’ Wesley Sneijder se jkollu laqgħa mad-diriġenti ta’ Galatasaray. Apparentament hu se jinfurmahom li Sneijder irid jitlaqhom sabiex jingħaqad ma’ Juventus. Fl-istess ħin hu se jressaq uffiċjalment l-offerta ta’ Juventus. Irridu nistennew sabeix naraw xi żviluppi jista’ jkun hemm. Matthew Scerri

Konfermi mill-aġent ta’ Sneijder

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Intervistat minn ‘Telegraaf’, l-aġent Guido Albers ikkonferma li Juventus verament iridu lil Wesley Sneijder. Hu qal li għalissa Sneijder mhux jaħseb dwar trasferiment ma’ Juventus. Fil-fatt l-Olandiż irid jistenna li l-ewwel jintlaħaq ftehim bejn Juventus u Galatasaray. Albers temm jgħid li Sniejder ikun kuntent ħafna li kieku kellu jirritorna fis-Serie A. Matthew Scerri

Marotta jgħid tiegħu dwar Sneijder

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta, qabel Juventus-Inter, tkellem dwar Wesley Sneijder. Hu qal Ii Juventus fehmu li Sneijder irid jitlaq lil Galatasaray u jemmnu li hu plejer li jiffittja fl-iskemi tattiċi ta’ Allegri. Madankollu Marotta fakkar li Juventus għandhom skwadra tajba u li hemm Pereyra li jista’ jilgab fl-istess pożizzjoni. Hu ċaħad li Juventus fetħu negozjati għall-akkwist ta’ Sneijder. Skont id-Direttur Ġenerali Juventin, …