Aħbarijiet tal-Calciomercato (6 ta’ Jannar)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Souici, il-Pogba l-ġdid Juventus, flimkien ma’ Chelsea, Arsenal u Manchester City, tefgħu għajnejhom fuq Rayan Souici ta’ Saint Etienne. F’pajjiżu huma konvinti ferm mill-kwalitajiet tiegħu u allura Juventus lesti jinvestu fl-akkwist tiegħu bit-tama li jisplodi magħhom bħalma għamel Pogba. Cagliari jgħollu l-prezz ta’ Nainggolan Roma għandhom l-inkwiet dwar Nainggolan. Hu jinsab f’komproprjetà bejn Roma u Cagliari. Il-klabb ta’ Cagliari qed …

Manchester United jitħajru għal Sneijder

MatthewJuve News Leave a Comment

Manchester United ukoll huma interessati li jieħdu lil Wesley Sneijder. Skont ‘Daily Express’, Van Gaal, li kien il-kowċ tiegħu mal-Olanda, talab l-akkwist tiegħu. Juventus s’issa jidhru li għandhom il-favoriti li jieħduh. Intant il-kowċ ta’ Galatasaray stqarr li Sneijder ma jinsabx għall-bejgħ, imma jekk Sneijder innifsu jitlob li jkun mibjugħ, allura l-klabb lest jilqa’ t-talba tiegħu. Matthew Scerri

Sneijder jiswa 20 miljun skont l-aġent

MatthewJuve News 1 Comment

L-aġent Guido Albers, li għandu l-prokura ta’ Wesley Sneijder, kien illum intervistat minn ‘Bogun TV’. Hu sostna li min irid lil Sneijder irid ikellem lil Galatasaray u fuq kollox irid ikun lest li jħallas il-penali ta’ 20 miljun Ewro li hi msemmija fil-kuntratt tal-Olandiż sabiex jinħall mill-istess kuntratt. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (4 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Neto se jitlaq lil Fiorentina Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Fiorentina ħabbru li l-aġenti ta’ Neto infurmawhom li l-gowlkiper ma jridx jaf li jiffirma kuntratt ġdid magħhom. Neto se jitlaq lil Fiorentina fi-sajf wara li jintemmlu l-kuntratt tiegħu. Juventus, Roma u Inter iriduh, għalkemm tajjeb ngħidu li Inter u Roma qed jiggarantulu post mal-ewwel ħdax, filwaqt ma’ Juventus se jkun biss …

X’qed noffru lil Sneijder

MatthewJuve News 1 Comment

Mill-ħarġa tal-lum ta’ ‘Tuttosport’ insiru nafu li Juventus offrew kuntratt ta’ sena u nofs lil Wesley Sneijder b’paga komplessiva ta’ 4.5 miljun Ewro. Sneijder lest jiġi ma’ Juventus. Issa jmiss li Marotta jsib ftehim ma’ Galatasaray. Sneijder jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu bil-ħlas ta’ penali ta’ 20 miljun Ewro. Madankollu Galatasaray ma jistgħux jitolbu din is-somma għalih hekk kif ilu madwar …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (2 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Marotta b’offerta ġdida għal Shaqiri Minħabba l-konkorrenza ta’ Inter, Marotta kellu jibdel l-offerta tiegħu għal Shaqiri. Hu qed joffru 3 miljuni għas-self tiegħu sa Ġunju. Wara jrid l-obbligu li jixtrih għal kollox. Dan l-obbligu jidħol fis-seħħ biss jekk Juventus jirbħu l-iscudetto u fl-istess ħin jaslu sal-Kwarti Finali taċ-Champions League. Sneijder lest jgħid ‘iva’ lil Juventus Wesley Sneijder lest jiġi ma’ …

L-ismijiet kollha għat-trekwartista

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-intervista ta’ ftit jiem ilu fejn Allegri esprima x-xewqa li jkollu trekwartista fit-tim, jiġifieri plejer li jilgħab bejn il-midfield u l-attakk, il-gazzetti u s-siti tal-futbol huma mifqugħa b’aħbarijiet dwa akkwisti possibbli f’din il-pożizzjoni. L-ismijiet li qed isiru bl-iktar insistenza huma dawk ta’ Shaqiri u Sneijder. Qed jissemmew anki Ben Arfa, Taarabt u Vazquez. Ovvjament irridu nistennew ftit tal-jiem sabiex …