Emerson Palmieri jista’ jieħu post Spinazzola

MatthewJuve News

Skont Il Corriere dello Sport Juventus talbu lil Chelsea biex jagħtuhom lil Emerson Palmieri. Fl-eventwalità li Chelsea jaċċettaw, Juventus ikunu jistgħu jisilfu lil Spinazzola lil Bologna sabiex jagħtuh l-opportunità li jilgħab b’mod regolari u hekk jirkupra għal kollox mill-injury gravissimu li kellu madwar tmien xhur ilu. Matthew Scerri

Allegri: “Spinazzola se jibqa’ ma’ Juventus, imma …”

MatthewJuve News Leave a Comment

Allegri spjega x’inhi l-pożizzjoni ta’ Juventus dwar Spinazzola. Hu sostna li wara li tkellem ma’ Paratici u l-istaff kollu, flimkien waslu għall-konklużjoni li l-aħjar ħaġa għalissa hi li hu jibqa’ ma’ Juventus. Madankollu jekk jinstab sostitut għalih, mhux eskluż li jiġi misluf sabiex jingħata l-opportunità li jilgħab b’mod regolari wara diversi xhur wieqaf minħabba injury gravi. Matthew Scerri

Spinazzola l-uniku eskluż għal Juventus mil-lista taċ-Champions League

MatthewJuve News Leave a Comment

Leonardo Spinazzola hu l-uniku plejer li Juventus ħallew barra mil-lista taċ-Champions League. Spinazzola għadu jrid jirkupra mill-injury u għaldaqstant tħalla barra mil-lista tal-plejers li Allegri se jkun jista’ juża fil-fażi tal-gruppi. F’Jannar, imbagħad, Spinazzola jaf jirbaħ lura postu f’dil-lista. Il-lista: 1 Szczesny 2 De Sciglio 3 Chiellini 4 Benatia 5 Pjanic 6 Khedira 7 Ronaldo 10 Dybala 11 Douglas Costa …

Sturaro u Spinazzola se jibqgħu Turin

MatthewJuve News Leave a Comment

Stefano Sturaro u Leonardo Spinazzola mhux se jmorru mal-kumplament tat-tim l-Amerka u minflok se jibqgħu Turin jsegwu programm personalizzat. It-tnejn li huma qed jirkupraw minn injuries u għaldaqstant se jibqgħu Turin fejn se jkunu jistgħu jittrenjaw u fl-istess ħin ikun taħt monitoraġġ mill-istaff mediku ta’ Juventus. Matthew Scerri

Spinazzola lura fl-azzjoni lejn nofs Ottubru

MatthewJuve News Leave a Comment

Leonardo Spinazzola se jkun qed jirritorna fl-azzjoni lejn nofs Ottubru-bidu ta’ Novembru. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum hu spjega li dil-ġimgħa reġa’ beda jiġri wara li kellu viżta ma’ speċjalist li operah. Hu ma jridx jgħaġġel u se jistenna li t-tobba ta’ Juventus jagħtuh il-go-ahead sabiex ikun jista’ jibda jilgħab mill-ġdid. Matthew Scerri