Storari, ir-riserva ta’ lussu

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi kwalunkwe tim ieħor tas-Serie A, Marco Storari jkollu postu garantit mal-ewwel ħdax. Kull sena jkollu diversi offerti imma  hu dejjem ipprefera li jkun riserva ta’ Buffon minflok imur ma’ xi tim ieħor. Wara din l-għażla minn dejjem kien hemm ir-rieda li jibqa’ jifforma parti minn tim rebbieħ bħal Juventus. Kull darba li kellna bżonnu, dejjem ta kontribut mill-aqwa. Aħna …

Storari ma jridx joqgħod it-tielet gowliper

MatthewJuve News 1 Comment

Marco Storari qed jinnegozja l-kuntratt il-ġdid tiegħu ma’ Juventus. Il-problema bħalissa hi li hu ma kridx ikun it-tielet gowlkiper wara Buffon u Neto. Juventus jixtiequ jsolvu din il-problema billi jisilfu għal sena lil Neto u hekk Storari jkun jista’ jibqa’ t-tieni gowlkiper. Neto, però, mhux kuntent b’din is-sitwazzjoni. Matthew Scerri

Bologna jridu lil Storari

MatthewJuve News Leave a Comment

Bologna tefħgu għajnejhom fuq Marco Storari u qed jippruvaw iħajruh jingħaqad magħhom. Huma jafu li ma’ Juventus hu jista’ jkun magħluq u allura qed jiggarantulu post fiss mal-ewwel ħdax tagħhom is-sena d-dieħla. Matthew Scerri

Futur inċert għal Matri u Storari

MatthewJuve News Leave a Comment

Matri u Storari jinsabu ħerqana li jkunu jafu x’se jkun il-futur tagħhom. Storari għadu jrid iġedded il-kuntratt li se jiskadi din is-sena stess. Kollox se jkun marbut mal-akkwist ta’ Neto, li Juventus iridu bħala t-tieni gowlkiper tagħhom għas-sena d-dieħla. Madankollu hemm Liverpool bis-saħħa fuq Neto u allura hemm cans ikbar li Storari jkun konfermat bħala Viċi-Buffon. Matri, mill-banda l-oħra, jinsabu …

Storari jitkellem dwar il-kuntratt il-ġdid tiegħu

MatthewJuve News Leave a Comment

Marco Storari llum ikkonferma li jinsab f’taħdidiet ma’ Juventus dwar il-kuntratt il-ġdid tiegħu. Hu sostna li jemmen li m’għandux ikun hemm problemi biex hu jkompli l-avventura tiegħu mal-Bianconeri. Dan l-ottimiżmu jikkonferma li Storari x’aktarx se jkompli jkun ir-riserva ta’ Buffon. Matthew Scerri

Storari x’aktarx iġedded il-kuntratt sal-2016

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘La Gazzetta dello Sport’ Marco Storari jista’ jkun li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus għal sena oħra, jiġifieri sal-2016. Juventus jemmnu ħafna fil-kwalitajiet umani tiegħu u jafu kemm hu prezzjuż sabiex il-plejers ikunu magħquda bejniethom. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (6 ta’ Jannar)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Souici, il-Pogba l-ġdid Juventus, flimkien ma’ Chelsea, Arsenal u Manchester City, tefgħu għajnejhom fuq Rayan Souici ta’ Saint Etienne. F’pajjiżu huma konvinti ferm mill-kwalitajiet tiegħu u allura Juventus lesti jinvestu fl-akkwist tiegħu bit-tama li jisplodi magħhom bħalma għamel Pogba. Cagliari jgħollu l-prezz ta’ Nainggolan Roma għandhom l-inkwiet dwar Nainggolan. Hu jinsab f’komproprjetà bejn Roma u Cagliari. Il-klabb ta’ Cagliari qed …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (29 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Storari segwit minn Cagliari F’tentattiv iddisprat li jsalvaw l-istaġun tagħhom, Cagliari tefgħu għajnejhom fuq Marco Storari. Huma jridu l-esperjenza tiegħu sabiex iqumu fuq saqajhom. Diffiċli però li Juventus iħalluh jitlaq f’Jannar. Kramaric sejjer l-Ingilterra Il-futur ta’ Andrej Kramaric se jkun fil-Premier League Ingliża. Fil-fatt Juventus jidhru li dawru ħarsithom fuq plejers oħra. Leicester u Chelsea huma l-klabbs li għadhom iriduh. …