Valencia f’kuntatti ma’ Juventus għal Pjaca u Sturaro

MatthewJuve News Leave a Comment

Sid il-klabb ta’ Valencia, Peter Lim Eng Hock, jinsab l-Italja skont IlBianconero.com. Hu mar biex jipprova jbigħ lil Zaza, b’Torino u Milan lesti jilqgħu b’idejhom miftuħa lill-attakkant Taljan. Jirriżulta li attwalment jinsab Turin fejn x’aktarx se jiltaqa’ mad-diriġenza ta’ Juventus. Valencia, fil-fatt, jinsabu interessati li jiksbu lil Sturaro u Pjaca. Marotta lest jisma’ l-offerta ta’ Valencia. Hu qed jittama li …

L-aħħar aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti – 13/07/2018

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara n-nefqa li Juventus għamlu għal Cristiano Ronaldo, is-sit sportiv Sky Sports qed jirraporta li d-diriġenti Juventini qegħdin fuq ħidma kontinwa sabiex ibigħu xi plejers li m’għadhomx daqshekk importanti għall-pjan ta’ Allegri biex b’hekk inaqqsu xi ftit mill-ispiża li diġa’ nefqu. L-iktar żewġ plejers li huma indikati li jistgħu jħallu l-klabb huma Daniele Rugani u Gonzalo Higuain. Ħafna sorsi qed …

L-aġent Volpi: “Possibbli trasferiment ta’ Sturaro barra mill-Italja”

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent ta’ Sturaro, Carlo Volpi kkonferma li hemm ħames offerti konkreti li waslu lil Juventus għall-midfielder Taljan. Hu sostna li bħalissa kollox jinsab stand-by minħabba t-trasferiment ta’ Ronaldo. Volpi kkonferma wkoll li Juventus iridu 20 miljun Ewro għal Sturaro u fl-istess ħin  stqarr li jemmen li l-midfielder Taljan diffiċilment se jibqa’ l-Italja jekk ikollu jitlaq lil Juventus. Matthew Scerri

Tmien plejers jistgħu jitilqu lil Juventus biex jagħmlu tajjeb għall-akkwist ta’ Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Tuttosport l-akkwist ta’ Ronaldo jaf ifisser anki t-tluq ta’ diversi plejers sabiex Juventus ikunu jistgħu jibqgħu fil-parametri tal-Fair Play Finanzjarju. Tuttosport qed issemmi tmien plejers li jistgħu jħallu lil Juventus: Alex Sandro, Benatia, Higuain, Marchisio, Pjaca, Pjanic, Rugani u Sturaro. Ilkoll flimkien dawn jistgħu jfissru dħul ta’ madwar 300 miljun Ewro, somma li tkopri l-investiment għal Ronaldo. Matthew Scerri

Sturaro lejn l-Ingilterra?

MatthewJuve News Leave a Comment

Tliet klabbs Ingliżi tefgħu għajnejhom fuq Sturaro Sturaro skont La Gazzetta dello Sport. Il-klabbs huma: Leicester, West Ham u Newcastle. Juventus lesti ibigħuh u qed jittamaw li jirnexxilhom idaħħlu somma qrib l-20 miljun Ewro mill-bejgħ tiegħu. Matthew Scerri