Szczesny illejla lagħab il-partita numru 50 fil-karriera tiegħu fiċ-Champions League. F’dsatax minn dawn il-ħamsin partita, Szczesny iddefenda l-lasti ta’ Juventus. Matthew Scerri
Dybala kien l-Aqwa Plejer tas-Serie A skont il-Lega Calcio
Il-Lega tas-Serie A llum ħabbret min kienu l-Aqwa Plejers fl-istaġun 2019/20. Ir-rebbieħa f’kull kategorija ntgħażlu skont statistiċi uffiċjali ta’ Stats Perform u d-data tracking ta’ Netco Sports. Paulu Dybala kien l-aqwa plejer in assolut fl-Italja, filwaqt li Szczesny kien l-aqwa wieħed fost il-gowlers. Premju anki għal Kulusevski li kien l-aqwa wieħed fost il-plejers żgħażagħ. Ir-rebbieħa kollha huma: L-Aqwa Gowler: Szczesny …
Szczesny magħżul bħala l-Aqwa Plejer ta’ Sassuolo-Juventus
Szczesny ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Sassuolo u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 64% tal-voti, segwit minn Alex Sandro (8%), filwaqt li fit-tielet post insibu lil Danilo u Dybala b’6% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri
Szczesny mistenni jibqa’ ma’ Juventus
Wojciech Szczesny mistenni jkompli jiddefendi l-lasti ta’ Juventus minkejja l-ħafna rapporti fl-aħħar perjodu li Juventus kienu lesti jixtru gowler ieħor. Skont Tuttosport il-konferma ta’ Szczesny hi kważi ċerta sakemm ma tasalx offerta fenomenali li Juventus ma jkunux jistgħu jirrifjutaw. Matthew Scerri
Szczesny mar lura l-Polonja
Wojciech Szczesny telaq mill-Italja u mar lura pajjiżu. Hu d-disa’ plejer Juventin li telaq mill-Italja. L-oħrajn huma: Higuain, Douglas Costa, Bentancur, Pjanic, Khedira, Alex Sandro, Danilo u Ronaldo. Ta min ifakkar li skont id-direttivi tal-Gvern Taljan, malli huma se jmorru lura l-Italja se jkollhom joqogħdu kwarantina għal ġimagħtejn. Matthew Scerri
Szczesny: “Ronaldo xtralna iMac kull wieħed”
F’kumment mogħti lill-kanal ta’ Youtube, Foot Truck, Szczesny żvela li Ronaldo kien xtara iMac bħakla rigal lit-tim kollu. Dan ġara wara li kien tkeċċa kontra Valencia. “Cristiano ma ried jaċċetta t-tkeċċija kontra Valencia. Domna xi xahrejn niddiskutu u fl-aħħar tana iMac kull wieħed,” qal il-gowler Juventin. Matthew Scerri
Uffiċjali: Szczesny iffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus
Juventus ħabbru b’mod uffiċjali li Szczesny iffirma kuntratt ġdid. Hu se jkun marbut ma’ Juventus sal-2024 u għaldaqstant se jkompli jiddefendi l-lasti Bianconeri għas-snin li ġejjin. Matthew Scerri