Uffiċjali: Juventus xtraw lil Szczęsny

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali l-akkwist ta’ Wojciech Szczęsny mingħand Arsenal. Fl-istqarrija maħruġa minn Juventus naqraw li hu sewa 12.2 miljun Ewro (li se jitħallsu f’żewġ rati). Ma’ dis-somma jista’ anki jiżdied bonus ta’ 3.1 miljun Ewro. Szczęsny iffirma kuntratt ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2021. Matthew Scerri

Szczesny wasal!

MatthewJuve News Leave a Comment

Szczesny jinsab Turin. Hu wasal fl-ajruport ta’ Caselle, f’Turin għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħodu. Daqt jibdew it-testijiet mediċi tiegħu fil-JMedical u aktar tard tard ikun fis-sede ta’ Juventus biex jiffirma l-kuntratt. Matthew Scerri

L-Erbgħa se jsiru t-testijiet mediċi ta’ De Sciglio

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Calciomercato.com qed jagħti bħala ċerti l-akkwisti ta’ Szczesny u De Sciglio min-naħa ta’ Juventus. Skonthom De Sciglio se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi nhar l-Erbgħa. Szczesny, mill-banda l-oħra, se jkun Turin għada, biss għad mhux magħruf jekk it-testijiet humiex se jsiru għada stess jew inkella l-Erbgħa flimkien ma’ De Sciglio. Il-Ħamis it-tnejn li huma jmorru l-Amerka mal-kumplament tat-tim Juventin. …

Szczesny se jkun Turin għada għat-testijiet mediċi

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada Wojciech Szczesny se jkun Turin għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Il-ftehim ma’ Arsenal hu li Juventus se jixtruh għal 12-il miljun, flimkien ma’ 3 miljuni oħra f’bonuses. Hekk qed jirrapurtaw Tuttosport. Szczesny se jkun it-tieni gowlkiper u probabbli li mis-sena d-dieħla se jieħu post Gigi Buffon bejn il-lasti ta’ Juventus. Matthew Scerri

Ftehim ma’ Arsenal għal Szczesny

MatthewJuve News Leave a Comment

Aktar aħbarijiet tajbin għall-mercato Juventin hekk kif Il Corriere dello Sport qed tirraporta li Juventus sabu ftehim ma’ Arsenal għall-akkwist ta’ Wojciech Szczesny. Il-klabbs qablu fuq il-prezz u fil-jiem li ġejjin Szczesny se jkun jista’ jibda l-avventura Bianconera tiegħu. Matthew Scerri