Mara takkuża lil Tavecchio b’fastidju sesswali u psikoloġu fl-uffiċini tal-FIGC

MatthewJuve News Leave a Comment

Uffiċċjal mara li taħdem fid-dinja tal-isports qed takkuża lil Carlo Tavecchio li taha fastidju sesswali u psikoloġiku waqt laqgħa fl-uffiċju tal-istess Tavecchio u wara f’okkażjonijiet oħra. Dil-mara, li għalissa qed tibqa’ anonima, tkellmet ma’ Il Corriere della Sera u sostniet li għandha provi forma ta’ recordings u saħansitra filmat biex issostni dak li qed tgħid. Dwar dan kollox sar rapport …

Lippi: “Tavecchio għażel lil Ventura”

MatthewJuve News Leave a Comment

Marcello Lippi kkonferma ma’ Sky li l-istorja li qal jumejn ilu Malagò hi korretta, għajr dettall wieħed: l-għażla ta’ Ventura. “Tkellimt ma’ Gasperini, Montella u Ventura. Wara tajt rendikont lil Tavecchio li saqsini: ‘Lil min nagħżlu?’ Jien weġibt: ‘Le, il-kowċ jagħżlu l-President.’ Għalhekk hu qalli: “’Ventura, għandu iktar esperjenza.’” Dwar il-kwistjoni tiegħu personali, Lippi sostna li Tavecchio sena qabel dak …

Tavecchio maħtur Kummissarju Staordinarju tal-Lega Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Lega Serie A mil-lum se jkollha lil Carlo Tavecchio bħala Kummissarju Staordinarju. Fl-aħħar ġimgħat kien hemm battibekk sħiħ fi ħdan il-Lega (li hi magħmula mill-20 klabb tas-Serie A) minħabba li ma setax jinstab kompromess għar-riforma tal-istatut tal-istess Lega. Dan wassal biex kellu jinħatar Kummissarju Straordinarju. Il-persunaġġ magħżul hu l-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio. Hu mistessi jaħtar kummissjoni ta’ esperti li għandha …

Tavecchio jiftaħar li hu supporter ta’ Inter!!

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘Radio Rai 1’ il-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio kkonferma li minn dejjem kellu simpatija għal Inter. Viva l-imparzjalità! Forsi tajjeb infakkru li Tavecchio kien parti mill-Bord tal-FIGC li kellu jiddeċiedi, snin ilu, dwar ir-rikors ta’ Juventus minħabba Calciopoli. Min jaf għalfejn hux ċerta affarijiet marru kif marru! Matthew Scerri

Tavecchio mill-ġdid b’dikjarazzjonijiet offensivi

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-kummenti fuq il-plejers Afrikani u l-banana, Carlo Tavecchio jinsab mill-ġdid fin-nofs ta’ polemika enormi. Fil-fatt “Il Corriere della Sera” u “Soccerlife” żvelaw partijiet minn konversazzjoni fejn Tavecchio jitkellem dwar il-Lega Nazionale Dilettanti u jsostni li din hi ddominata minn Anticoli. Imbagħad jgħaddi għal kummenti kontra l-Lhud u l-omosesswali. Tavecchio ddefenda ruħu billi stqarr li dan hu biss rikatt. Matthew …

Laqgħa sigrieta bejn Tavecchio u Giraudo

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ta’ gossip ‘Dagospia’ ppubblika ritratti ta’ laqgħa bejn il-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio, u Antonio Giraudo. Kien hemm spekulazzjonijiet li Juventus qabbdu lil Giraudo biex jinnegozja mal-FIGC ftehim biex tingħalaq darba għal dejjem il-kwisjtoni ta’ Calciopoli. L-aħbar però kien miċħuda kemm minn Juventus kif ukoll mill-FIGC. Matthew Scerri