Tavecchio jitkellem dwar l-443 miljun Ewro f’danni mitluba minn Juve

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio kien intervistat minn ‘Tuttosport’. F’din l-intervista hu tkellem dwar it-talba ta’ Juventus għal ħlas ta’ danni (li jammontaw għal 443 miljun Ewro) min-naħa tal-FICG għall-fatti marbuta ma’ Calciopoli. Hu sostna li jinsab trankwill dwar dan il-każ peress li qal li l-avukati tiegħu ggarantulu li Juventus m’għandhomx  ċans li jirbħu l-kawża. Hu temm jgħid li jekk Juventus …

Agnelli f’laqgħa privata ma’ Tavecchio

MatthewJuve News Leave a Comment

Peress li Juventus kienu impenjati fil-belt kapitali, Andrea Agnelli approfitta minn din l-okkażjoni sabiex  ikollu laqgħa personali mal-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio. Huma tkellmu għal madwar siegħa u nofs dwar diversi kwistjonijiet marbut mal-futbol Taljan. Il-laqgħa kienet deskritta bħala waħda ta’ “korteżija”, għalkemm ma ngħatawx wisq dettalji dwar dak li kien diskuss. Matthew Scerri

Iktar polemiki marbutin mal-ktieb ta’ Tavecchio

MatthewJuve News Leave a Comment

Diġà tkellimna dwar l-iskandlu tal-ktieb “Ti racconto il calcio” ta’ Tavecchio. L-FIGC xtrat 40,000 kopja tal-ktieb u qassmitu b’xejn. Dan l-istess ktieb issa jinsab f’nofs polemika oħra hekk kif kien hemm min induna li fuq il-qoxra tal-ktieb il-kuluri tal-bandiera Taljana jinsabu f’ordni ħażina. Min għamel din il-qoxra poġġa l-kuluri aħmar-abjad-aħdar minflok aħdar-abjad-aħmar kif suppost. Matthew Scerri

Conte: “Mhux se nitlaq lill-Italja”

MatthewJuve News Leave a Comment

Conte u Tavecchio ltaqgħu u tkellmu. Il-kowċ Juventin stqarr li hu se jibqa’ mal-Italja u jrid jirrispetta l-kuntratt li ffirma. Fi kliem ieħor hu se jkomplu jmexxi lill-Azzurri sal-Euro2016. Tavecchio, min-naħa tiegħu, stqarr li r-rieda tiegħu hi li jġedded il-kuntratt ta’ Conte u mhux li jxolji l-ftehim attwali. Matthew Scerri

Tavecchio jkellem lil Conte

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio sejjaħ lil Antonio Conte għal laqgħa personali. Hu ma tantx jinsab kuntent għall-fatt li Conte hu urtat minħabba l-problemi li qed ikollu. Fost dawn hemm it-tħassir tat-training camp ta’ Frar. Tavecchio jrid jifhem eżatt x’qed jiġri u se jitlob lil Conte garanziji li se jmexxi l-Italja sal-Euro2016. Fil-fatt hemm għidut qawwi li Milan u Roma qed …

Tavecchio: “Juventus rebħu 32 scudetto fil-grawnd”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Juventus kienu mingħajr dubji l-aktar b’saħħithom. Rebħu 32 scudetto. It-tim ma seraq xejn u ma kellux bżonn inganni. Qed ngħid dan bħala supporter Interist fil-passat, anki jekk xi ftit iktar biered.” Kliem ta’ ħadd ħlief Carlo Tavecchio f’intervista lil “La Repubblica”. Finalment xi ħadd li jammetti l-verità minn ħdan l-FIGC. Il-kliem ta’ Tavecchio jikkonferma dak li dejjem għidna: Juventus kellhom …

Kif tikteb bestseller!

MatthewJuve News Leave a Comment

“Il Fatto Quotidiano” taw l-aħbar li l-FIGC ztraw 20,000 kopja tal-ktieb Ti racconto il calcio u qassmuhom lit-tfal tas-settore giovanile fl-Italja kollha bħala rigal tal-Milied. S’hawn m’hawn xejn ħażin, anzi hi inizjattiva ħelwa. Però … hemm però kbira, għax l-awtur tal-ktieb ma hu ħadd ħlief Carlo Tavecchio, il-President tal-FIGC. Il-Federazzjoni nefqet 107,000 Ewro sabiex il-ktieb tal-President isir bestseller. Ovvjament dan …

Ma tistax titlob rispett jekk ma turix rispett!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio hu bniedem li kull meta jitkellem dejjem joħroġ b’dikjarazzjoni ta’ mħabba lejn Juventus. Hu llum stqarr li t-training camp tat-tim nazzjonali Taljan se jinżamm xorta waħda. Tavecchio żied li l-Federazzjoni ma tistax tieħu passi kontra l-klabbs li ma jibagħtux il-plejers tagħhom għat-training camp. Madankollu hu żied li kulħadd imissu juri iktar rispett lejn Federazzjoni li tagħti …

Diżgwid bejn Juventus u l-FIGC

MatthewJuve News Leave a Comment

Xi klabbs tas-Serie A, fosthom anki Juventus, huma rappurtati li ma jridux japprova l-proposta li għada l-President tal-FIGC, Tavecchio se jressaq fil-laqgħa tal-Lega Calcio. Skont ‘La Gazzetta dello Sport’ Tavecchio se jitlob li jkun hemm tliet training camps għat-tim nazzjonali fi Frar u Ġunju. Juventus u l-klabbs l-oħra ma jridux japprovaw din il-proposta peress li mhix ġejja mill-FIFA. Skont ir-regolamenti …