Douglas Costa mgħajjat mal-Brażil għat-Tazza tad-Dinja

MatthewJuve News Leave a Comment

Douglas Costa hu l-ewwel plejer ta’ Juventus li uffiċjalment se jkun qed jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja 2018. Ismu fil-fatt jidher fil-lista ta’ plejers mgħajta għat-tim tal-Brażil. Alex Sandro, mill-banda l-oħra, tħalla barra. L-għażliet tal-kowċ tat-tim nazzjonali Brażiljan huma: Gowlkipers: Alisson, Ederson, Cassio. Difensuri: Thiago Silva, Marquinhos, Miranda, Pedro Geromel. Full-backs: Danilo, Fagner, Marcelo, Filipe Luis. Plejers ta’ nofs il-grawnd: Casemiro, …

Spanja eskluża mit-Tazza tad-Dinja?

MatthewJuve News Leave a Comment

Spanja qed tirriskja li tkun eskluża mit-Tazza tad-Dinja. Skont El Pais, il-FIFA bagħtet ittra lill-FA Spanjola fejn infurmatha ċar u tond li mhix kuntenta bl-indħil talGvern Spanjol fl-elezzjoni tal-President il-ġdid tal-Federazzjoni. L-FA Spanjola ilha taħt kritika wara l-iskandlu li fih kien implikat Angel Maria Villar. Il-FIFA lesta tieħu passi drastiċi jekk l-affarijiet ma jinbidlux, fosthom anki li ma tħallix lill-FA …

Magħrufa l-gruppi tal-ewwel fażi tat-Tazza tad-Dinja 2018

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Aktar kmieni llum f’Moscow ittellgħet il-polza tal-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja li se tintlagħab bejn l-14 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju 2018 fir-Russja. Il-gruppi se jkunu maqsuma kif ġej: Grupp A – Russja, Arabja Sawdija, Eġittu, Uruguay Grupp B – Portugall, Spanja, Marokk, Iran Grupp Ċ – Franza, Awstralja, Peru, Danimarka Grupp D – Arġentina, Iżlanda, Kroazja, Niġerja Grupp E …

It-Tazza tad-Dinja f’Malta!

MatthewJuve News Leave a Comment

Tħabbar li t-trofew oriġinali tat-Tazza tad-Dinja se jkun f’Malta kmieni s-sena d-dieħla. It-trofew ilu jdur madwar il-bliet Russi u bejn Jannar u Mejju se jkun qed jivvjaġġa f’51 pajjiż fil-kontinenti kollha tad-dinja. It-trofew se jkun Malta b’konnessjoni mal-V18. Matthew Scerri

Tazza tad-Dinja b’48 tim nazzjonali!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-FIFA approvat riforma tat-Tazza tad-Dinja. Mill-2026 48 tim nazzjonali se jibdew jieħdu sehem fil-fażi finali. S’issa kienu qed jikkwalifikaw biss 32 tim. Bħal dejjem hemm raġunjiet kummerċjali wara din ir-riforma. Id-dilettanti tal-futbol huma maqsuma f’dawk li huma favur din ir-riforma u dawk li huma kontra. 9 snin oħra naraw min kellu raġun! Matthew Scerri

Polza tat-Tazza tad-Dinja 2018. L-Italja ma’ Spanja. Malta mal-Ingliżi

MatthewJuve News Leave a Comment

Ittellgħet il-polza tal-fażi preliminari ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2018. It-Taljani se jkollhom lil Spanja bħala l-avversarji l-iktar ibsin fil-grupp tagħhom. Għalina l-Maltin hemm ċertu ferment għall-fatt li fil-grupp tagħna hemm l-Ingilterra. Dawn huma l-gruppi kollha: Grupp A: Il-Lussemburgu, il-Belarus, il-Bulgarija, l-Iżvezja, Franza, l-Olanda; Grupp B: Andorra, il-Latvja, il-Gżejjer Faroe, l-Ungerija, l-Iżvizzera, il-Portugall; Grupp C: San Marino, l-Ażerbajġan, in-Norveġja, l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika Ċeka, …