Tevez: “Ronaldo hu ffissat bit-training”

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulħadd jaf li s-sigriet prinċipali ta’ Ronaldo hu li jittrenja għal ħinijiet twal, ferm iktar minn sħabu tat-tim. Carlos Tevez dan l-aħħar żvela lli meta kien jilgħab ma’ Manchester United, Ronaldo kien jasal għat-training ħafna qabel sħabu tat-tim: “Ronaldo hu ossessjonat bil-gym. Niftakar li kien ikollna training fid-9 ta’ filgħodu. Fit-tmienja kien ikun hemm. Bdejt immur fis-7.30 u xorta kont …

Paratici: “Dejjem ħadt ħsieb jien l-għażla tal-plejers”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista esklussiva mogħti lil Sky, Fabio Paratici spjega l-mekkaniżmi ta’ kif jaħdem il-mercato Juventin. Hu sostna li kien dejjem hu li ħa ħsieb l-iscouting, ir-relazzjonijiet mal-aġenti u l-għażla tal-plejers. Meta kollox kien ikun deċiż, kien jidħol fin-nofs Marotta biex jara li mil-lat ekonomiku kollox imur sew. Fi kliem Paratici l-itqal negozjati kienu dawk għal Tevez, plejer li Juventus kien ilhom …

Il-verità ta’ Marotta dwar it-trasferimenti ta’ Tevez u Bentancur

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-laqgħa għax-share-holders ta’ Juventus, Marotta spjega li Tevez kien inbigħ lil Boca Juniors għal 6 miljuni. Fil-ftehim Juventus kisbu d-dritt li jixtru bi prezz stabbilit xi talenti ta’ Boca. Fost dawn kien hemm anki Bentancur li sewa 9 miljuni. Jekk ‘il quddiem Bentancur jinbigħ, Boca jkollhom id-dritt għal 50% tas-somma. Matthew Scerri

Dybala: “Ma’ Juventus grazzi għal Tevez”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn “Olé” Paulo Dybala ammetta li hu jinsab ma’ Juventus grazzi għal Tevez. Fil-fatt Tevez minn dejjem kien l-idolu tiegħu u meta waslitlu l-offerta Bianconera aċċetta mill-ewwel għax xtaq jilgħab fit-tim ta’ Tevez. Saħansitra kien irċieva telefonata mingħand Tevez fejn ħeġġu jingħaqad ma’ Juventus. Dybala kompla jgħid li hu dejjem kellu ammirazzjoni għal Buffon u Pirlo. Kull meta lagħab …

Tevez isir l-aktar plejer imħallas fid-dinja

MatthewJuve News 1 Comment

Carlos Tevez mill-ġdid jinsab fiċ-ċentru tal-attenzjoni wara li għadu kif tħabbar it-trasferiment tiegħu ma’ Shanghai Shenhua. Dan il-kuntratt jagħmlu l-aktar plejer imħallas fid-dinja b’paga ta’ 40 miljun fis-sena. Ċifra impressjonanti li kienet biżżejjed biex telaq lil familtu u ma baqax iħoss nostalġija tal-Arġentina. Matthew Scerri

Jissemma anki Tevez, imma …

MatthewJuve News Leave a Comment

Fost il-ħafna aħbarijiet li qed naqraw tal-calciomercato hemm anki dik ta’ ritorn kbir ma’ Juventus: Carlos Tevez. Hu qed jissemma li jista’ jieħu post Morata. Madankollu nemmnu li din l-aħbar mhix vera għax Tevez għażel li jmur ma’ Boca minħabba l-familja u nemmnu li issa mhux se jmur lura mid-deċiżjoni tiegħu. Matthew Scerri

Tevez: “Xi kultant naħseb li għamilt għażla ħażina”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista Carlos Tevez ammetta li xi kultant ikollu dubji dwar l-għażla li jagħmel. Hu sostna li mhux se jitlaq lil Boca Juniors peress li jrid ikompli jferraħ lin-nies. Hu tenna li ħalla lil Juventus u mar lura pajjiżu minħabba familtu. Però minkejja kollox spiss jaħseb li din kienet għażla ħażina. Matthew Scerri

Tevez lejn ritorn ma’ Juventus jew Corinthians

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-problemi finanzjarji ta’ Boca Juniors ma jafux tmiem tant li Carlos Tevez ilu xahrejn ma jitħallas. Qed jissemma wkoll  li Tevez kellu xi tilwima ma’ Riquelme. F’dan ix-xenarju hu probabbli li f’Jannar hu jagħżel li jitlaq lil Boca Juniors. Id-destinazzjoni tiegħu tista’ tkun ritorn ma’ Juventus jew Corinthians. Matthew Scerri