Illum jitħabbar Ventura bħala kowċ tal-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun imbassar li llum se jitħabbar uffiċjalment li Giampiero Ventura se jkun maħtur kowċ tat-tim nazzjonali Taljan wara l-Euro 2016. Hu se jieħu post Conte li sejjer ma’ Chelsea. Flimkien ma’ Ventura kien qed jissemma anki Marcello Lippi fil-kariga ta’ Direttur Tekniku, biss fl-aħħar sigħat inqalgħu xi intoppi minħabba kwsitjoni ta’ kunflitt ta’ interess minħabba li ibnu Davide hu …

Italja-Finlandja 2-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar partita ta’ ħbiberija qabel il-Euro2016, it-tim nazzjonali Taljan kiseb rebħa ta’ 2-0 fuq Finlandja. L-avversarju ma kienx wieħed faċli peress li ġew draw mal-Belġju. Zaza fuq quddiem lagħab tajjeb u bħas-soltu d-difiża kienet impekabbli. Italja-Finlandja 2-0 Skorjaw: Candreva (pen.), De Rossi Italja (3-5-2) : Sirigu; Barzagli, Bonucci (Ogbonna), Chiellini; Candreva (Bernardeschi), Parolo, Thiago Motta (De Rossi), Giaccherini (Sturaro), El …

Illejla f’pajjiżna Italja-Skozja

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum fl-Istadium ta’ Ta’ Qali se tintlagħab partita ta’  ħbiberija bejn l-Italja u Skozja. Għal Conte din se tkun opportunità tajba biex jara kif jinsabu l-plejers u nhar it-Tlieta jkun jista’ jħabbar it-23 plejer li se jirrappreżentaw lill-Italja fil-Euro2016. Matthew Scerri

Bonucci jittrenja f’Vinovo

MatthewJuve News Leave a Comment

Leonardo Bonucci llum ittrenja regolarment f’Vinovo. Juventus ma jridux li hu jmur mat-tim nazzjonali għat-training camp ta’ dawn il-jiem. Minkejja li hu sospiż għal nhar is-Sibt, Juventus xorta waħda jqisu li Bonucci hu fondamentali bil-kariżma tiegħu biex iħejju għall-Finali tal-Coppa Italia. Matthew Scerri

Juventus mhux se jħallu lil Bonucci jmur mat-tim nazzjonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus mhux se jħallu lil Bonucci jingħaqad mat-tim nazzjonali Taljan għat-training camp li se jibda għada. Conte sejjaħlu għax hu jinsab sospiż għall-finali u allura mhux se jkun jista’ jilgħab kontra Milan is-Sibt. Min-naħa tagħhom Juventus assolutament ma jridux jafu li jħalli lil Bonucci jitlaq f’din il-ġimgħa li t-tim qed iħejji għal Finali ta’ tazza oħra. Matthew Scerri

Training camp għat-tim Taljan

MatthewJuve News Leave a Comment

Din il-ġimgħa t-tim nazzjonali Taljan se jkun qed ikollu training camp qasir ta’ ftit jiem biex Conte jibda jħejji għall-Euro2016. Conte sejjaħ 28 plejer, b’Bonucci biss min-naħa ta’ Juventus. Fil-fatt Bonucci se jkun sospiż nhar is-Sibt kontra Milan u allura se jkun l-uniku wieħed li jista’ jieħu sehem f’dan it-training camp. Il-plejers mgħajta huma: Gowlkipers: Federico Marchetti (Lazio), Antonio Mirante (Bologna), MarcoSportiello (Atalanta); Difensuri: Francesco Acerbi (Sassuolo), Davide Astori (Fiorentina), LeonardoBonucci (Juventus), …

L-Italja umiljata mill-Ġermanja

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tajjeb kollu li rajna fil-partita kontra Spanja xxejjen b’telfa umiljanti ta’ 4-1 kontra l-Ġermanja. Prattikament l-Azzurri qatt ma kienu fil-partita u kellhom ibaxxu rashom quddiem il-qawwa taċ-Champions tad-dinja. Din it-telfa żgur li kienet ftit ta’ xokk għal Conte li issa se jkollu jaħdem ferm biex ikun jista’ verament jippreżenta tim kompetittiv fil-Euro 2016. Matthew Scerri

Italja-Spanja. Kif x’aktarx se jilagħbu t-timijiet

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla t-timijiet nazzjonali tal-Italja u Spanja se jiltaqgħu f’partita ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għall-Euro 2016. It-timijiet mistennija jinżlu fil-grawnd bil-plejers li ġejjin: ITALJA (3-4-3): Buffon; Darmian, Bonucci, Astori; Florenzi, Thiago Motta, Parolo, Giaccherini; Candreva, Pellè, Eder. SPANJA (4-3-1-2): Casillas; Juanfran, Piquè, Sergio Ramos, Jordi Alba; Thiago Alcantara, San José, Koke; Fabregas; Paco Alcacer, Morata. Matthew Scerri

Conte jispjega għala se jħalli lit-tim nazzjonali Taljan wara l-Euro2016

MatthewJuve News Leave a Comment

Antonio Conte kkonferma uffiċjali li se jitlaq it-tmexxija tat-tim nazzjonali Taljan. Hu spjega li f’dawn is-sentejn ħassu qisu pparkjat f’garaxx  peress li mmissja bil-kbir il-fatt li jkun jista’ jittrenja lit-tim tiegħu kuljum. Dwar il-futbol Taljan, Conte sostna li jiddispjaċih li sentejn ilu kien hemm rieda tajba qawwija u bil-mod il-mod beda jkun hemm passi lura bħal granċ. Matthew Scerri