Erba’ plejers Juventini fit-tim nazzjonali Taljan

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tim nazzjonali Taljan se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra Spanja (24 ta’ Marzu) u l-Ġermanja (29 ta’ Marzu). Fil-lista ta’ plejers mgħajta minn Conte hemm 4 plejers Bianconeri biss peress li Chiellini u Marchisio għandhom injury. L-għażliet ta’ Conte huma: Gowlkipers: Gianluigi Buffon (Juventus), Mattia Perin (Genoa), Salvatore Sirigu (Paris Saint Germain). Difensuri: Francesco Acerbi (Sassuolo), Luca Antonelli (Milan), Davide Astori …

Min se jmexxi l-Italja wara Conte?

MatthewJuve News Leave a Comment

B’Conte qrib ħafna li jiffirma ma’ Chelsea, hu naturali li jibdew l-ispekulazzjonijiet dwar min se jkun il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Taljan. Il-favurit jidher li hu Roberto Mancini. Ismijiet oħra li qed isiru huma dawk ta’ Claudio Ranieri, Roberto Donadoni, Fabio Cannavaro jew Fabio Capello. Matthew Scerri

Italja-Skozja f’Malta!

MatthewJuve News Leave a Comment

Aħbar mill-aqwa għalina l-Maltin hekk kif tħabbar li t-tim nazzjonali Taljan ġej Malta fid-29 ta’ Mejju għal partita ta’ ħbiberija kontra Skozja li se tintlagħab f’pajjiżna. Din se tkun waħda mill-partiti ta’ ħbiberija li l-Italja se tilgħab bi preparazzjoni għall-Euro2016. Matthew Scerri

16-il plejer mat-tim nazzjonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus f’dawn il-jiem għandhom 16-il plejer li se jkun impenjat mat-tim nazzjonali tal-pajjiż rispettiv tiegħu. Dawn huma: Dybala, Caceres, Mandzukic, Evra, Pogba, Buffon, Barzagli, Bonucci, Chiellini, Marchisio, Zaza, Morata, Lichtsteiner, Lemina, Rugani, Audero. Interessanti li fl-Italja m’hemm l-ebda tim ieħor li għandu daqstant plejers mat-tim nazzjonali. Wara Juventus hemm Inter (13-il plejer), Roma, Milan u Lazio (12-il plejer). Matthew Scerri

Conte xi ftit iebes ma’ Pirlo

MatthewJuve News Leave a Comment

Antonio Conte ammetta li qed jikkunisdra sew x’għandu jagħmlu b’Pirlo. Hu qal li ma sejjaħlux għax il-kampjonat Amerikan ilu tliet ġimgħat wieqaf. Conte sostna li Pirlo daqt jagħlaq 37 sena u allura hu jeħtieġlu jara hemmx plejers oħra f’din l-istess pożizzjoni. Minn kliem Conte, jekk f’Marzu Pirlo mhux se jkun qed jilgħab f’kampjonat , hu jista’ jitlef postu mat-tim nazzjonali. …

Plejers mgħajta għall-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

Conte ħabbar il-lista ta’ plejers mgħajta għall-Italja fl-okkażjoni tal-partiti ta’ ħbiberija kontra l-Belġju u r-Rumanija. Il-plejers mgħajta huma: Gowlkipers: Gianluigi Buffon (Juventus), Daniele Padelli (Torino), Mattia Perin (Genoa), Salvatore Sirigu (Paris Saint Germain); Difensuri: Francesco Acerbi (Sassuolo), Luca Antonelli (Milan), Davide Astori (Fiorentina), Andrea Barzagli (Juventus), Leonardo Bonucci (Juventus), Giorgio Chiellini (Juventus), Matteo Darmian (Manchester United), Mattia De Sciglio (Milan), …

Italja-Norveġja 2-1

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Italja kisbet rebħa oħra fil-grupp ta’ kwalifikazzjonijiet għall-Euro 2016. Kontra n-Norveġja, l-Azzurri marru minn taħt u wara kellhom reazzjoni mill-aqwa b’Florenzi u Pellè jdawru r-riżultat favur l-Italja. L-unika nota negattiva tas-serata hi li l-Italja mhix se tkun ‘testa di serie’ fil-polza tal-gruppi tal-Euro2016 u dan ifisser li jistgħu jiġu fi grupp itqal. Matthew Scerri

L-Italja tikkwalifika għall-Euro2016

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Italja ta’ Antonio Conte għelbet lill-Ażerbaijan bl-iskor ta’ 1-3 u kisbet il-kwalifikazzjoni għall-Euro2016. Il-gowls tar-rebħa Taljana kellhom il-firma ta’ Eder, El-Shaarawy u Darmian. L-Azzurri, minkejja li qatt ma bbrillaw b’xi mod partikolari rnexxilhom jikkwalifikaw minn grupp li kien kemxejn ta’ għadma iebsa u s-sena d-dieħla naraw lill-Azzurri jippruvaw jirbħu l-kampjonat Ewropew għat-tieni darba fl-istorja tagħhom. Matthew Scerri