Bentancur jista’ jagħmel il-wisa’ lil …

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetti Ingliżi huma konvinti li Rodrigo Bentancur se jkun qed jingħaqad ma’ Manchester City. Skonthom Juventus jinsabu lesti li jbigħu lil Bentancur sabiex jinvestu l-flus li jdaħħlu mill-bejgħ tiegħu fl-akkwist ta’ Tonali. Il-midfielder ta’ Brescia qed jikkonferma fis-Serie A li għandu talent kbir u għaldaqstant Juventus huma interessati ferm li jiksbu s-servizzi tiegħu. Matthew Scerri

L-offerta ta’ Juventus għal Tonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Calciomercato.com qed jirraporta li Juventus se jressqu offerta ta’ 20 miljun flimkien ma’ Bonuses għal Sandro Tonali. Barra minn hekk Juventus lesti jwegħdu lil Brescia li se jħallulhom lil Tonali misluf għal sena oħra f’każ li jkunu promossi fis-Serie A. Din l-offerta hi meqjusa li se tkun waħda li togħġob lil Brescia. Matthew Scerri

Juventus-Inter għal Tonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli t-taqtigħa bejn Juventus u Inter għall-akkwist ta’ Sandro Tonali mingħand Inter. Hu meqjus talent li se jkollu futur mill-aqwa u għaldaqstant kemm Juventus kif ukoll Inter lesti jagħmlu dak kollu li hu possibbli sabiex jiksbu s-servizzi tiegħu. Matthew Scerri

Passi ‘l quddiem minn Juventus għall-akkwist ta’ Tonali

MatthewJuve News 1 Comment

It-timijiet il-kbar tas-Serie A qed juru interess qawwi f’Tonali, tant li l-prezz tiegħu diġà tela’ għal 25 miljun Ewro. Skont Calciomercato.com fl-aħħar ġimgħat Juventus għamlu passi kbar ‘il quddiem fin-negozjati għall-akkwist tiegħu peress li kellmu lill-aġent u pproponewlu offerta tajba kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll taħt l-aspett sportiv. Fil-fatt fil-pjanijiet ta’ Juventu shemm li jixtru lil Tonali u jisilfuh lil …

Plejers Taljani fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Akkwisti Taljani. Juventus jidhru li jinsabu orjentati li fl-istaġun li jmiss jagħmlu mill-ġdid investimenti fis-suq Taljan. Skont Tuttosport fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm tliet akkwisti Taljani: Chiesa (Fiorentina), Barella (Cagliari) u Tonali (Brescia). Allegri kemm-il darba faħħar pubblikament lill-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ plejers Taljani. Matthew Scerri

Juventus iridu jixtru lil Tonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Talent ieħor żagħżugħ fil-mira ta’ Juventus. Jirriżulta fil-fatt li Paratici qed isegwi b’interess qawwi lil Tonali ta’ Brescia (18-il sena). Hu ilu jiġi segwit mill-qrib mill-iscouts ta’ Juventus u hemm konvinzjoni qawwija li hu investiment mill-aqwa għall-futur. Matthew Scerri