Milan b’saħħa fuq Tonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Apparti Juventus u Inter, anki Milan qed jinnegozjaw ma’ Brescia l-akkwist ta’ Sandro Tonali. Fil-pjanijiet ta’ Milan hemm l-intenzjoni li jbigħu lil Paquetà lil Benfica u jinvestu f’Tonali l-flus li se jdaħħlu. Matthew Scerri

It-tliet plejers li Juventus lesti jagħtu lil Brescia għal Tonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom għaddejjin bil-ħidma biex jixtru lil Sandro Tonali mingħand Brescia. Skont Tuttosport il-Bianconeri għandhom il-possibbiltà li jdaħħlu fil-ftehim lil Hans Nicolussi Caviglia (misluf lil Perugia), Simone Muratore u Idrissa Tourè (it-tnejn li huma ta’ Juventus U23). B’dan il-mod Juventus ikunu jistgħu jissodisfaw it-talba ta’ Brescia mingħajr ma joħorġu ħafna flus kontanti. Matthew Scerri

Investiment ta’ 50 miljun għal Tonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Brescia se jkollhom nieqes lil Sandro Tonali. Il-midfielder Taljan hu wieħed mill-aktar plejers segwiti minn Juventus. Jidher li Paratici jemmen ħafna fih u jinsab lest li jinvesti somma ta’ madwar 50 miljun Ewro sabiex mis-sena d-dieħla Tonali jilbes il-flokk ta’ Juventus. Matthew Scerri

Juventus-Inter anki fis-suq tat-trasferimenti

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Inter huma avversarji anki barra l-grawnd. Issa li wasal biex jiftaħ is-suq tat-trasferimenti, huma bosta l-għidut li l-klabbs jinsabu interessati fl-istess plejers. Jidher li Paratici fl-aħħar jiem qed jagħmel minn kollox sabiex ifixkel il-pjanijiet ta’ Marotta biex isaħħaħ lit-tim ta’ Conte. Vidal u Giroud, iż-żewġ plejers li Inter iridu b’saħħa, spiċċaw issa anki fil-mira ta’ Juventus. B’mod partikolari …

Taqtigħa Juventus-Inter għal Tonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Inter għaddejjin bil-kuntatti ma’ Brescia għall-akkwist ta’ Sandro Tonali. Iż-żewġ timijiet lesti jagħmlu minn kollox sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder Taljan li verament jidher li jista’ jkun l-eredi ta’ Pirlo. Fid-deals se jkun hemm somma cash u t-trasferiment ta’ plejers promettenti żgħażagħ. F’das-sens, skont Calciomercato.com, Juventus jidhru li lesti joffru xi plejers tat-tim Under 23 jew tal-Primavera, nies bħal …

Bentancur jista’ jagħmel il-wisa’ lil …

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetti Ingliżi huma konvinti li Rodrigo Bentancur se jkun qed jingħaqad ma’ Manchester City. Skonthom Juventus jinsabu lesti li jbigħu lil Bentancur sabiex jinvestu l-flus li jdaħħlu mill-bejgħ tiegħu fl-akkwist ta’ Tonali. Il-midfielder ta’ Brescia qed jikkonferma fis-Serie A li għandu talent kbir u għaldaqstant Juventus huma interessati ferm li jiksbu s-servizzi tiegħu. Matthew Scerri

L-offerta ta’ Juventus għal Tonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Calciomercato.com qed jirraporta li Juventus se jressqu offerta ta’ 20 miljun flimkien ma’ Bonuses għal Sandro Tonali. Barra minn hekk Juventus lesti jwegħdu lil Brescia li se jħallulhom lil Tonali misluf għal sena oħra f’każ li jkunu promossi fis-Serie A. Din l-offerta hi meqjusa li se tkun waħda li togħġob lil Brescia. Matthew Scerri

Juventus-Inter għal Tonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli t-taqtigħa bejn Juventus u Inter għall-akkwist ta’ Sandro Tonali mingħand Inter. Hu meqjus talent li se jkollu futur mill-aqwa u għaldaqstant kemm Juventus kif ukoll Inter lesti jagħmlu dak kollu li hu possibbli sabiex jiksbu s-servizzi tiegħu. Matthew Scerri