Il-President ta’ Empoli jikkonferma li Juventus xtraw lil Traoré

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara Ramsey, Juventus iffinalizzaw it-tieni akkwist għal dis-sena. Il-President ta’ Empoli, Fabrizio Corsi kkonferma li hemm qbil bejn il-klabb tiegħu u Juventus sabiex Hamed Junior Traoré jingħaqad mal-Bianconeri. F’intervista mogħtija lil Tuttomercatoweb, Corsi sostna li “jonqos biss il-firem, biss il-partijiet għandhom ftehim verbali.” Matthew Scerri

Juventus b’ċans tajjeb li jiksbu lil Traoré

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għandhom ċans kbir li jiksbu lil Hamed Traoré li dis-sena lagħab għal Empoli iżda li fil-verità hu proprjetà ta’ Fiorentina. Is-sidien il-ġodda ta’ Fiorentina, skont La Gazzetta dello Sport, jinsabu disposti li jbigħuh. Għaldaqstant Juventus se jkunu jistgħu jinnegozjaw l-akkwist tiegħu. Matthew Scerri

Juventus u Napoli interessati f’Traorè

MatthewJuve News Leave a Comment

Hamed Traorè ta’ Empoli jinsab fil-mira ta’ Juventus u Napoli. Fl-età ta’ 18-il sena, Traorè diġà għandu postu fiss ma’ Empoli fis-Serie A u huma ħafna dawk li qed jaraw xebh fl-istil ta’ logħob tiegħu u dak ta’ Seedorf. Juventus u Napoli għaddejjin bil-kuntatti ma’ Empoli bit-tama li jirnexxilhom jixtruh qabel ma’ l-prezz tiegħu jibda jogħla. Matthew Scerri