Erba’ snin ilu Trezeguet kien fostna!

MatthewJuve News Leave a Comment

Dan ix-xahar inzerta r-raba’ anniversarju ta’ meta l-Club tagħna stieden għal żjara lil leggenda David Trezeguet sabiex jitgawda mil-Juventini Maltin u Għawdxin. L-ikla ad unur Trezeguet kienet saret ġewwa l-lukanda Radisson ta’ San Ġiljan u fi żmien rekord ta’ erbat ijiem kien irnexxielna nbiegħu l-biljetti kollha sabiex titmtela’ s-sala tal-ballu b’madwar 400 persuna. Il-Buffet kien sar għall-prezz ta’ €35 biss …

Trezeguet: “Calciopoli? Ħassejt li kelli nagħti xi ħaġa lil Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Calciopoli? Kull plejer kellu jagħżel id-destin tiegħu, jekk jibqax jew jitlaq. Li tibqa’ kien ifisser li tilgħab kampjonat tas-Serie B b’16-il punt inqas. F’dak il-mument ħassejt li kelli nagħti xi ħaġa lil Juventus. Bqajna biex ngħinu u biex nibdew storja ġdida.” Dikjarazzjoni oħra ta’ mħabba min-naħa ta’ David Trezeguet fil-konfront ta’ Juventus. Matthew Scerri

Anniversarji: L-ewwel gowls ma’ Juventus ta’ Del Piero u Trezeguet

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara li ftit jiem ilu ċċelebrajna l-anniversarju tad-debutt ta’ Del Piero ma’ Juventus, illum qed infakkru it-23 anniversarju mill-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Fl-1993, kontra Reggiana, Del Piero kien iffirma l-ewwel minn 289 gowl li hu skorja mal-Bianconeri (l-aqwa skorer ta’ dejjem fl-istorja Juventina). Seba’ snin wara, dejjem fid-19 ta’ Settembru, imma tas-sena 2000, skorja l-ewwel gowl ma’ Juventus …

Avviż dwar ir-ritratti ta’ Trezeguet

MatthewJuve News Leave a Comment

Ir-ritratti li ttieħdu matul l-ikla ġewwa r-Radisson flimkien ma’ David Trezeguet huma lesti u jistgħu jinġabru mill-uffiċju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-6.30pm u 8pm. Huwa importanti li kulħadd iġib miegħu l-biljett li ngħata mal-ħlas. Grazzi. Darren Micallef

Din hi l-ġimgħa ta’ David Trezeguet f’Malta!

MatthewJuve News Leave a Comment

Waslet il-ġimgħa ta’ David Trezeguet u fuq kollox taż-żjara tiegħu f’pajjiżna bħala l-mistieden speċjali tal-Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975). Dan hu r-raba’ plejer li l-Club tagħna qed iġib għalikom il-membri f’dawn l-aħħar sentejn. Narawkom nhar il-Club nhar il-Ħamis 12 ta’ Mejju mis-7.00 p.m. ‘il quddiem ħalli flimkien nagħtu merħba kbira lil Trezeguet.

Trezeguet se jżur il-Juventus Club Vero Amore!

MatthewJuve News 2 Comments

Għandna l-pjaċir kbir li nħabbru li s-Super Leġġenda DAVID TREZEGUET, l-iktar scorer prolifiku barrani fl-istorja twila tal-Juventus, se jkun qiegħed esklussivament iżur il-Club tagħna matul il-jiem bejn il-11 u t-13 ta’ Mejju. Dan l-avveniment se jkun miftuħ għall-membri kollha li huma msieħba mal-Club għal dan l-istaġun 2015/16, mingħajr l-ebda ħtiega li jkunu msieħba bilfors mal-iskema tad-DOC. Il-programm u d-dettalji nħabbruhom …