Imsemmi anki Sergi Roberto

MatthewJuve News Leave a Comment

Das-sajf hu probabbli ferm li jkun hemm bdil ta’ plejers bejn Juventus u Barcellona. Hu fatt magħruf li Barcellona ilhom interessati f’Bernardeschi u Pjanic. Min-naħa tagħhom Juventus lesti jieħdu xi plejers mingħand Barcellona. S’issa issemmew diversi plejers: Umtiti, Arthur, Rakitic. Ma’ dawn Sport qed iżżid anki lil Sergi Roberto, plejer li jista’ jkun utli ħafna għal Sarri biex isaħħaħ il-linji …

Aktar negozjati bejn Juventus u Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont is-sit Calciomercato.com das-sajf Juventus u Barcellona se jkunu qed jitkellmu dwar il-possibbiltà ta’ xi bdil ta’ plejers bejniethom sabiex isiru l-famużi plusvalenze li tant huma importanti għall-fini tal-Fair Play Finanzjarju. Barcellona għadhom interessati bil-kbir f’Bernardeschi, filwaqt li l-Ispanjoli pproponew lil Juventus l-akkwisti ta’ Rakitic u Umtiti. Dan tal-aħħar, però, ma tantx jidher li hu fil-pjanijiet tal-Bianconeri. Matthew Scerri

Bdil ta’ plejers bejn Juventus u Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

Xi ħaġa donnha qed tinħema bejn Juventus u Barcellona. Sky huma tal-idea li l-klabbs se jibdlu xi plejers. Qabelxejn hemm it-tpartit bejn Rugani u wieħed bejn Umtiti u Todibo. Imbagħad hemm interess qawwi f’Rakitic min-naħa ta’ Juventus. Barcellona talbu lil Emre Can imma Juventus bħalissa qed jippreferu minflok joffru lil Bernardeschi. Matthew Scerri

Juventus lesti jħallsu 60 miljun għal Umtiti

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta Spanjola Don Balon qed tirraporta li Juventus se jħallsu 60 miljun Ewro sabiex id-difensur Samuel Umtiti jkun jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Barcellona. Fl-istess ħin però mhuwiex eskluż li Barcellona jilħqu jsibu ftehim ma’ Umtiti għal kuntratt ġdid u għaldaqstant il-penali li tkun trid titħallas togħla. Matthew Scerri