Tentattiv għal Vazquez

MatthewJuve News Leave a Comment

“El Diario Madridista” żvela li Juventus ipproponew lil Real Madrid li jieħdu lil Lucas Vazquez b’self bid-dritt li jixtruh għal kollox iktar ‘il quddiem għal 35 miljun Ewro. Din l-offerta ma ntlaqgħetx minħabba li Zidane jemmen ħafna fih. Matthew Scerri

Għadu ħaj l-interess f’Vazquez

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-pożizzjoni ta’ playmaker Juventus għadhom isegwu lil Franco Vazquez. Hu għandu valur ta’ madwar 15-il miljun Ewro. It-trasferiment, però, mhux se jkun possibbli qabel Ġunju hekk kif Palermo jinsabu f’periklu li jaqgħu u allura għandhom bżonn l-aqwa plejers tagħhom biex isalvaw. Matthew Scerri

Marotta jitkellem dwar Vazquez

MatthewJuve News Leave a Comment

Mistoqsi jekk hemmx xi tip ta’ negozjati bejn Juventus u Palermo għal Franco Vazquez, Beppe Marotta ma eskluda xejn. Hu qal li spiss jitkellem ma’ Zamparini, kif jagħmel anki ma’ nies oħra fid-dinja tal-futbol. Skont Marotta dan però ma jfissirx li hemm negozjati bejn il-klabbs biex Vazquez jingħaqad ma’ Juventus. Matthew Scerri

Vazquez. Messaġġ lil Juventus?

MatthewJuve News Leave a Comment

Franco Vazquez iddikjara li bħal kull plejer ieħor hu jixtieq jilgħab f’tim kbir. Ħafna qraw dan bħal messaġġ lil Juventus. Palermo assolutament ma jridux jafu li jbigħuh għalkemm fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti, bi ftit pressjoni mill-plejer innifsu, jista’ jagħti l-każ li huma jibdlu fehmthom. Matthew Scerri

Vazquez se jkun it-trekwartista?

MatthewJuve News Leave a Comment

Allegatament Juventus għamlu kuntatt ma’ Palermo għal Franco Vazquez. Hu jista’ jkun it-trekwartista li Allegri ilu tant jitlob. Vazquez qed jifforma parti mit-tim nazzjonali Taljan u s-sena li għaddiet kellu staġun stupend flimkien ma’ Dybala. Matthew Scerri

Jitkellem Vazquez

MatthewJuve News Leave a Comment

Mitlub jagħti kumment dwar il-futur tiegħu, Franco Vazquez wieġeb li għalissa hu moħħu biss li jtemm l-istaġun ma’ Palermo bl-aqwa mod possibbli. Imbagħad fi tmiem l-istaġun se jkollu l-opportunità jiddiskuti l-futur tiegħu ma’ Palermo. Matthew Scerri

Zamparini dwar il-futur ta’ Dybala u Vazquez

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Palermo, Maurizio Zamparini ta indikazzjoni dwar il-futur ta’ Dybala u Vazquez. Hu sostna li se jbigħ lil Dybala dan is-sajf. Fl-istess ħin hu ammetta li jixtieq iżomm lil Vazquez anki għas-sena d-dieħla, għalkemm kollox jiddependi mill-offerti li se jaslulu. Matthew Scerri

Il-prezzijiet ta’ Dybala u Vazquez

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Palermo, Maurizio Zamparini reġa’ tkellem dwar Dybala u Vazquez. Hu qal li lest ibigħhom u indika l-prezzijiet tagħhom. Zamparini sostna li jrid 40 miljun Ewro għal Dybala peress li jrid li l-accounts ta’ Palermo jkunu f’posthom. Vazquez, mill-banda l-oħra, għandu valur ta’ 20 miljun Ewro. Matthew Scerri