Dybala u Vazquez. Illejla narawhom fl-azzjoni

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla Juventus se jilagħbu kontra l-Palermo ta’ Dybala u Vazquez. Iż-żewġ plejers se jkunu segwiti mill-qrib peress li jinsabu fil-mira tal-Bianconeri għall-istaġun li jmiss. Interessanti li Dybala u Vazquez ipparteċipaw f’74% tal-azzonijiet tal-gowls kollha ta’ Palermo f’dan l-istaġun. Matthew Scerri

Rappreżentanti ta’ Juve f’Palermo għal Rugani u Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Sky’ taw l-aħbar li scouts ta’ Juventus illum assistew għall-partita Palermo-Empoli. Huma raw fl-azzjoni kemm lil Daniele Rugani kif ukoll lil Paulo Dybala. Dan tal-aħħar qed jingħata valur ta’ 40 miljun Ewro minn Palermo, somma li Juventus diffiċilment se jħallsu. ‘Sky’ qed jirrapurtaw ukoll li għalissa Juventus mhux interessati f’Franco Vazquez ta’ Palermo. Matthew Scerri

Vazquez ma jinsabx għall-bejgħ

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi stqarrija maħruġa minn Palermo, il-President Zamparini ċaħad li qatt kien hemm kuntatti bejn il-klabb tiegħu u Juventus jew Napoli għal Franco Vazquez. F’din l-istqarrija naqraw li Vazquez se jibqa’ ma’ Palermo anki s-sena d-dieħla. Barra minn hekk jiġi ċċarat li l-prezz ta’ Vazquez hu ta’ iktar minn 25 miljun Ewro. Matthew Scerri

Vazquez imwiegħed lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta ‘Il Mattino’ tiżvela li Franco Vazquez ta’ Palermo jista’ ikun plejer ta’ Juventus mis-sajf li ġej. Fil-fatt huma qed jirrapurtaw li l-President ta’ Palermo, Zamparini, wegħdu lil Marotta. Jidher allura li Marotta rnexxilu jegħleb il-konkorrenza ta’ Napoli. Matthew Scerri

L-aġent: “Vazquez lest għal tim kbir”

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent ta’ Franco Vazquez kien intervistat minn ‘Tuttomercatoweb’. Hu stqarr li jikkunsidra lil Vazquez bħala wieħed mill-ftit plejers tas-Serie A l-iktar determinanti fil-partiti. Skont l-aġent, Vazquez jinsab lest sabiex jilgħab f’tim kbir. Hu qal ukoll li s’issa m’hemm xejn uffiċjali dwar negozjati ma’ Juventus jew Inter. L-aġent temm jgħid li Vazquez ikun kuntent ħafna jekk verament ikun hemm l-interess ta’ …

L-ismijiet kollha għat-trekwartista

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara l-intervista ta’ ftit jiem ilu fejn Allegri esprima x-xewqa li jkollu trekwartista fit-tim, jiġifieri plejer li jilgħab bejn il-midfield u l-attakk, il-gazzetti u s-siti tal-futbol huma mifqugħa b’aħbarijiet dwa akkwisti possibbli f’din il-pożizzjoni. L-ismijiet li qed isiru bl-iktar insistenza huma dawk ta’ Shaqiri u Sneijder. Qed jissemmew anki Ben Arfa, Taarabt u Vazquez. Ovvjament irridu nistennew ftit tal-jiem sabiex …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (29 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Storari segwit minn Cagliari F’tentattiv iddisprat li jsalvaw l-istaġun tagħhom, Cagliari tefgħu għajnejhom fuq Marco Storari. Huma jridu l-esperjenza tiegħu sabiex iqumu fuq saqajhom. Diffiċli però li Juventus iħalluh jitlaq f’Jannar. Kramaric sejjer l-Ingilterra Il-futur ta’ Andrej Kramaric se jkun fil-Premier League Ingliża. Fil-fatt Juventus jidhru li dawru ħarsithom fuq plejers oħra. Leicester u Chelsea huma l-klabbs li għadhom iriduh. …