L-istorja ta’ kif Ventura sar kowċ tal-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President tal-CONI, Malagò kien mistieden ilbieraħ fil-programm ta’ Rai Uno, Che tempo che fa. Hu spjega li wara li telaq Conte, Tavecchio kien semmili lil Lippi. Malagò, Tavecchio u Lippi ltaqgħu b’mod sigriet u f’din il-laqgħa Lippi kien ta d-disponibbiltà tiegħu li jkun Direttur Tekniku u mhux biss kowċ tat-tim nazzjonali. L-idea ntlagħqet tajjeb u Lippi ġie awtorizzat ikellem lil …

Ventura qed jitlob kumpens?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ventura jidher li għadu ma jridx jirriżenja. Hu qed jitlob kumpens li jagħmel tajjeb għat-tmien xhur paga li se jitlef minn hawn sa Ġunju 2018 meta jintemmlu l-kuntratt attwali. B’kollox suppost jieħu bejn 700 u 800 elf Ewro. It-tiġdid tal-kuntratt sal-2020 awtomatikament waqa’ minħabba l-klawżola li l-kuntratt ma jidħolx fis-seħħ f’każ li l-Italja ma tgħaddix għat-Tazza tad-Dinja fir-Russja. Matthew Scerri

Il-pudina tal-kuntratt il-ġdid ta’ Ventura. X’se jiġri?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ventura se jirriżenja jew se jistenna li l-FIGC tkeċċih? Din hi l-ikbar kurżità ta’ dawn l-aħħar sigħat u rridu nistennew sal-laqgħa ta’ għada tal-Federazzjoni sabiex inkunu nafu sew x’se jiġri. Ventura ftit tax-xhur ilu ffirma kuntratt ġdid sal-2020 bħala kowċ tat-tim nazzjonali b’paga ta’ ftit inqas minn miljun u nofs Ewro fis-sena. Jekk jirriżenja, ovvjament ikun qed iwaqqa’ l-kuntratt min-naħa …

Ventura kellu xi jgħid mal-plejers

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Sky, wara t-telfa kontra l-Iżvezja, Ventura kellu xi jgħid ma’ xi wħud mill-plejers tat-tim nazzjonali. Allegatament hu ma ħax gost b’ċerta dikjarazzjonijiet tal-plejers bl-aktar esperjenza mal-Azzurri u wasal qalilhom xi ħaġa tipo “Mela għażlu intom lil min jilgħab”. Hemm anki l-għidut li kien lest jirreżenja qabel il-partita tal-bieraħ. Matthew Scerri

Ventura llum f’Vinovo

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum f’Vinovo, waqt is-seduta ta’ taħriġ tat-tim, se jkun hemm preżenti l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Taljan, Giampiero Ventura. Hu sejjer jiltaqa’ ma’ uħud mill-plejers Bianconeri li jifformaw parti qawwija, jekk mhux is-sinsla, tat-tim nazzjonali. Matthew Scerri

Illum jitħabbar Ventura bħala kowċ tal-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun imbassar li llum se jitħabbar uffiċjalment li Giampiero Ventura se jkun maħtur kowċ tat-tim nazzjonali Taljan wara l-Euro 2016. Hu se jieħu post Conte li sejjer ma’ Chelsea. Flimkien ma’ Ventura kien qed jissemma anki Marcello Lippi fil-kariga ta’ Direttur Tekniku, biss fl-aħħar sigħat inqalgħu xi intoppi minħabba kwsitjoni ta’ kunflitt ta’ interess minħabba li ibnu Davide hu …