Raiola hu l-aġent il-ġdid ta’ Verratti

MatthewJuve News 0 Comments

Marco Verratti bidel l-aġent tiegħu. Kien hu stess li llum ħabbar li l-aġent tiegħu hu biss Mino Raiola u mhux aktar Donato Di Campli. Fix-xhur li għaddew spiss kellna sitwazzjonijiet fejn Verratti kellu pubblikament jirrettifika dikjarazzjonijiet barra minn posthom ta’ Di Campli (tipo meta qal li Verratti ma setax jirbaħ biss il-kampjonat Franċiż). Issa wasalna għall-firda. U b’Raiola bħala aġent …

Marotta jispjega fid-dettall il-mercato Juventin

MatthewJuve News 0 Comments

F’intervista lil Corriere della Sera, Beppe Marotta apparti milli tkellem dwar Donnarumma, kellu anki l-opportunità li jispjega fid-dettall x’inhuma l-istrateġiji tal-mercato Juventin. Hu eskluda investimenti kbar ħafna bħal dak ta’ Higuain sena ilu.  Fl-istess ħin għamilha ċara li Juventus mhux se jneħħu l-aqwa plejers, tant hu hekk li rrifjuta offerta kbira ta’ Chelsea għal Alex Sandro. L-uniku plejer Juventin li …

Di Campli: “Għarraft lil PSG li Verratti jrid jirbaħ”

MatthewJuve News 0 Comments

L-aġent Donato Di Campli kkonferma li hu għarraf lil PSG li Marco Verratti jrid jirbaħ. Hu spjega li din mhix għażla bejn PSG u Barcellona jew xi tim ieħor. Verratti jrid proġett rebbieħ, ħaġa li s’issa PSG naqsu milli joffrulu. Mistoqsi jekk huwiex possibbli li narawh fl-Italja ma’ Juventus, Di Campli wieġeb li hu diffiċli ferm li narawh ma’ tim …

Uffiċċjal ta’ PSG jinsab l-Italja

MatthewJuve News 0 Comments

Id-Direttur tal-Isports ta’ PSG, Henrique Antero jinsab l-Italja. Hu se jiltaqa’ mal-aġent ta’ Verratti, Donato Di Campli. Mistenni li jkollu laqgħat anki ma’ Milan u Torino. S’issa m’hemm l-ebda indikazzjoni li se jkellem lil Marotta dwar Verratti. Madankollu f’dawn l-affarijiet qatt ma tista’ teskludi xejn. Matthew Scerri

L-aġent Di Campli: “Mhuwiex biżżejjed li Verratti jirbaħ il-Ligue 1”

MatthewJuve News 0 Comments

Sky ħadu kumment mingħand Donato Di Campli dwar l-aħbar li hu jinsab f’Montecarlo sabiex jiltaqa’ ma’ Juventus. Hu qal hekk: “Ma ltqajtx mad-diriġenti Juventini f’Montecarlo. M’għandi l-ebda laqgħa pprogrammata. Ninsa hawn biex nara l-partita. Sfortunatament bħalissa m’hemm l-ebda possibbilità li naraw lil Verratti ma’ Juventus. PSG iridu jżommuh, dejjem hekk qalu; daqt niltaqgħu biex nitkellmu mal-klabb. Hu evidenti li jrid …

Verratti jinsab f’Montecarlo

MatthewJuve News 0 Comments

Sky taw l-aħbar li Marco Verratti jinsab f’Montecarlo flimkien mal-aġent tiegħu Donato Di Campli. Għada Juventus se jkunu impenjati fis-Semifinali tac-Champions League kontra Monaco proprju f’Montecarlo. Tgħid hi biss kumbinazzjoni.? Matthew Scerri