Maqtul l-għarus ta’ oħt Arturo Vidal

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Eduardo Neira Guerra, l-għarus ta’ oħt Arturo Vidal, safa’ maqtul b’sitt tiri ta’ revolver waqt li kien qed isuq il-karozza tiegħu f’San Joaquin, iċ-Ċili. Hu miet fil-pront. Skont “La Quarta” il-pulizija qed tindaga jekk dan kienx qtil li għandu x’jaqsam mal-ambjent tat-traffikar tad-droga. Matthew Scerri

Vidal irid jiġi lura?

MatthewJuve News Leave a Comment

Arturo Vidal jixtieq ħafna jirritorna ma’ Juventus. Hekk qed ikun rappurtat minn diversi siti. Vidal minn dejjem qies lil Juventus bħala t-tieni dar tiegħu u dan l-aħħar Ancelotti stess stqarr li Vidal kemm-il darba jkellmu dwar Juventus. Hemm anki rumours li Evra kellu kuntatt ma’ Vidal u ħeġġu jirritorna mal-Bianconeri. Min jaf kemm hemm verità f’din l-aħbar? Matthew Scerri

Vidal. Partying f’Turin?

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Bild’ qed takkuża lil Arturo Vidal li waqt li t-tim ta’ Bayern kien Turin, hu ħareġ bil-moħbi fis-2.30 a.m. mil-lukanda biex imur festa ma’ xi ħbieb tiegħu. Din mhix l-ewwel darba li Vidal ikun protagonista ta’ episodji bħal dawn. Matthew Scerri

Vidal: “Qed nimmissja lil Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Arturo Vidal stqarr li dik ta’ nhar it-Tlieta se tkun partita partikolari għalih peress li f’Turin qatta’ erba’ snin li ddefinixxa ‘meraviljużi’. Vidal stqarr li qed jimmissja ħafna lil Juventus u li għadu f’kuntatt ma’ diversi plejers Bianconeri. Fl-istess ħin però Vidal qal ukoll li bħalissa qiegħed ma’ Bayern u allura jrid jagħti sehmu biex huma jgħaddu għar-rawnd li jmiss. …

Ir-ritorn ta’ Vidal?

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘El Mercurio’ Arturo Vidal ma jinsabx kuntent ma’ Bayern Munich wara li saru diversi allegazzjonijiet dwaru. Il-gazzetta tikteb li hu jista’ jirritorna ma’ Juventus. Hemm anki Atletico Madrid li jriduh. Matthew Scerri