Messaġġ ta’ Vidal għas-supporters ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-profil tiegħu fuq Twitter, Arturo Vidal bagħat messaġġ mill-isbaħ lis-supporters Bianconeri. Dan hu dak li kiteb: “É un giorno molto speciale, voglio mandare un saluto dal cuore a tutti i tifosi juventini nel mondo. Grazie per questi quattro stupendi anni insieme. Voglio augurarvi tutta la fortuna del mondo e vi prometto che vi porterò sempre nel mio cuore. Per sempre …

L-ewwel dikjarazzjonijiet ta’ Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-ewwel dikjarazzjonijiet tiegħu wara li ffirma ma’ Bayern Munich, Arturo Vidal iddikjara li x-xewqa tiegħu kienet dejjem li jirbaħ unuri importanti bħaċ-Champions League. Is-sena li għaddiet mar viċin li jagħmel dan ma’ Juventus u issa jemmen li qiegħed f’tim li miegħu għandu ċans ikbar li jikseb dan l-objettiv: “Sono molto felice. Si tratta di un nuovo passo nella mia carriera …

Rummenigge jħabbar l-akkwist ta’ Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Karl-Heinze Rummenigge ħabbar uffiċjalment li Bayern Munich xtraw lil Arturo Vidal. Hu tkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċina fejn sostna li Bayern għandhom ftehim ma’ Juventus u mal-plejer innifsu. Kulma jonqos huma biss l-eżamijiet mediċi u wara jkun jista’ jibda jittrenja ma’ Bayern. Matthew Scerri

Marotta jitkellem dwar il-mercato Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tat-Tnejn Marotta u Allegri ammettew li Juventus qed tinbidel ħafna mill-istaġun li għadda. Allegri jidher sodisfatt bix-xogħol li sar s’issa. Skont Marotta l-plejers li telqu kienu huma stess li riedu jitilqu (Ogbonna, Storari, Tevez u Pirlo) jew inkella kienu favur li jitilqu (Vidal). Dwar Vidal, Marotta sostna li n-negozjati għad iridu jiġu finalizzati. F’dan is-sens Marotta ddikjara li Pogba …

Vidal isellem lis-supporters Bianconeri?

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ‘Calciomercato.it’ ta l-aħbar li fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram, Arturo Vidal kiteb messaġġ biex isellem lis-supporters Bianconeri. Fil-messaġġ hu rringrazzja lil kulħadd minn qalbu u sostna li dawn kienu l-aqwa snin tal-karriera tiegħu. Fi kliem Vidal, is-supporters kienu tassew iħobbuh u hu apprezza dan il-fatt, filwaqt li wiegħed li qatt mhu se jinsa lil Juventus. Ovvjament bħal dejjem wieħed …

Vidal mibjugħ għal 37 miljun u bonuses

MatthewJuve News Leave a Comment

37 miljun Ewro u bonuses li tammontaw għal massimu ta’ 3 miljuni oħra. Dan jidher li hu l-ftehim li ntlaħaq bejn Juventus u Bayern Munich. Beppe Marotta jinsab il-Ġermanja biex jiffinalizza kollox. Kmieni l-ġimgħa d-dieħla Vidal se jkun il-Ġermanja għall-medical tests. Matthew Scerri

Jitkellem Rummenigge dwar Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Ic-CEO ta’ Bayern Munich, Karl-Heinz Rummenigge ddikjara li għalissa għad ma jista’ jgħid xejn dwar Vidal. Hu sostna li fil-passat Vidal kien kważi ġie akkwistat minn Bayern Munich biss Bayer Leverkusen ma riedux jagħtuhulhom. Rummenigge sostna li Bayern se jixtru lil xi ħadd din is-sena u awgura li finalment Vidal jingħaqad magħhom. Matthew Scerri