Marotta jgħid tiegħu dwar Tevez u Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Juventus-Atalanta, Beppe Marotta tkellem mal-ġurnalisti dwar Vidal u Tevez. Dan hu dak li qal: Vidal – “Ma kienx disponibbli għal din il-partita, imma m’għandu xejn gravi. Skont it-tobba jista’ jirkupra għall-partita kontra Borussia. Imbagħad hu f’idejn Allegri jekk jilagħbux jew le.” Tevez – “Kif tafu hu marbut magħna sal-2016. Jinsab tajjeb. Hu professjonali ħafna u qed jagħti kontribut mill-aqwa. …

Vidal se jitlef Juve-Atalanta minħabba injury

MatthewJuve News Leave a Comment

Arturo Vidal se jitlef Juventus-Atalanta t’għada minħabba injury. Dan ma jidhirx li hu injury gravi u x’aktarx se jkun jista’ jilgħab kontra Borussia Dortmund. L-idea hi li hu jistrieħ għada sabiex ikun jista’ jilgħab fiċ-Champions League kontra Borussia. Matthew Scerri

Vidal u Evra ok. Caceres dubjuż

MatthewJuve News Leave a Comment

Arturo Vidal jinsab tajjeb u anki Patrice Evra jidher li qed jirkupra mill-influwenza. Dan hu dak li joħroġ ċar mis-sessjoni ta’ training tal-lum fejn kemm Vidal kif ukoll Evra ttrenjaw b’mod regolari. Jibqa’ dubjuż, mill-banda l-oħra, Martin Caceres. Hu ttrenja apparti u għadu mhux ċert jekk huwiex se jirkupra sas-Sibt. Matthew Scerri

Evra u Vidal dubjużi għas-Sibt

MatthewJuve News Leave a Comment

Patrice Evra u Arturo Vidal jistgħu jitilfu l-partita tas-Sibt li ġej kontra Milan. Evra ma ttrenjax minħabba tonsillite. Vidal, mill-banda l-oħra, għadu qed jirkupra mid-daqqa fl-irkoppa li qala’ kontra Parma. Matthew Scerri

Ebda ġlieda bejn Allegri u Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum Massimiliano Allegri ċaħad l-aħbar mogħtija minn ‘Tuttosport’ li hu ġġieled ma’ Arturo Vidal wara l-partita ta’ Parma. Hu sostna li dan assolutament mhux veru peress li, kif seta’ jara kulħadd, hu kellu jaqla’ lil Vidal kontra Parma minħabba injury. Vidal innifsu ma ħax għalih għal din il-bidla tant li baqa’ jara l-partita kollha mill-bank tas-sostituti. Barra …

Vidal jittrenja apparti

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Arturo Vidal ma ttrenjax mal-bqija tal-iskwadra wara li nhar l-Erbgħa qala’ daqqa f’irkoptu. Hu kellu jittrenja għalih waħdu fil-gym. F’dan l-istadju hu probabbli li Vidal ma jkunx jista’ jilgħab kontra Udinese. Din żgur mhix aħbar tajba għal Allegri li diġà għandu lil Marchisio nieqes minħabba li jinsab sospiż. Matthew Scerri

Vidal m’għandu xejn gravi

MatthewJuve News Leave a Comment

Arturo Vidal dalgħodu ma ttrenjax minħabba li qala’ daqqa f’irkoptu fil-partita kontra Parma. Dalgħodu stess sarulu xi eżamijiet mediċi li minnhom irriżulta li Vidal m’għandu xejn gravi. Għadu mhux magħruf jekk aħniex se narawh fl-azzjoni kontra Udinese. Matthew Scerri

Illum jiżżewweġ Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Arturo Vidal se jiżżewweġ bil-knista f’Santiago, Ċili. Hu se jiżżewweġ lil Maria Teresa Matus, il-mara li minnha diġà għandu żewġi itfal. It-tieġ mistenni jkun wieħed kbir b’diversi vips mistiedna. Matthew Scerri

Vidal: “Għal qalbi ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Arturo Vidal iddikjara llum li jemmen li Juventus huma l-aqwa tim Taljan, iżda f’Finali bħal t’għada kollox jista’ jiġri. Hu sostna li s-Super Cup hi partita miftuħa għal kull riżultat peress li anki Napoli għandhom skwadra tajba. Vidal tkellem anki dwar il-futur tiegħu. Hu tenna li hu jinsab għal qalbu ma’ Juventus. Il-midfielder Ċilen sostna li hu għandu dar f’Turin …