Anki Vrsaljko fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Hekk kif Juventus qed ikollhom ftit tad-diffikultà biex isibu ftehim ma’ Manchester United għal Darmian, jidher li Marotta beda jfittex alternattivi eventwali ma’ dik il-linja. Qed jerġa’ jissemma ħafna Sine Vrsaljko ta’ Atletico Madrid li ilu madwar tliet snin fil-mira tal-Bianconeri. Matthew Scerri

Juventus u Napoli b’saħħa fuq Vrsaljko

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Napoli huma interessati ferm f’Sime Vrsaljko ta’ Atletico Madrid. Il-Bianconeri jriduh peress li qed ifittxu sostituti ideali għal Lichtsteiner. Napoli wkoll għandhom bżonn plejer bħalu. It-timijiet Taljani lesti jiħduh f’Jannar. Atletico, madankollu, jixtiequ jżommuh sas-sajf bit-tama li l-wirjiet tiegħu fit-Tazza tad-Dinja jwasslu biex jogħla l-prezz tiegħu. Matthew Scerri

Marotta jiltaqa’ mal-aġent ta’ Vrsaljko

MatthewJuve News Leave a Comment

Marotta diġà beda jaħdem biex jixtri full-backs għas-sena d-dieħla. Skont ‘Calciomercato.com, ilbieraħ f’Milan Marotta tkellem ma’ Andrea Berta li hu l-aġent ta’ Sime Vrsaljko. Hu probabbli li fis-sajf Juventus jippruvaw jixtru lil da nil-full-back eks Sassuolo li attwalment jinsab ma’ Atletico Madrid. Matthew Scerri

Vrsaljko ma’ Juventus minn Jannar?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-problemi ta’ saħħa u l-operazzjoni fil-qalb li għadda minnha Lichtsteiner se twassal biex x’aktarx il-Bianconeri jħaffu l-proċess tal-akkwist ta’ Sime Vrsaljko mingħand Sassuolo. Hu l-eredi ta’ Lichtsteiner fil-pjanijiet ta’ Marotta u Paratici. Vrsaljko jista’ jilgħab fl-Ewropa minn Frar jekk ikun hemm bżonn. Matthew Scerri