Witsel: “Bayern Munich huma superjuri għal Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-wiċċ tost qatt m’għandu limitu. Intervistat minn Le Vif, Axel Witsel stqarr li l-futbol Ewropew ma nesiehx minkejja li qed jilgħab fiċ-Ċina. Tant hu hekk li madwar ġimagħtejn ilu riduh Bayern Munich. Hu sostna li kien għalih kien imur ma’ Bayern għax huma livell superjuri għal Juventus. Forsi tajjeb li xi ħadd ifakkar lil Witsel li Juventus, għall-kuntrarju ta’ Bayern, …

Witsel sejjer iċ-Ċina

MatthewJuve News Leave a Comment

Nibdew billi nagħmluha ċara li s’issa m’hemm xejn uffiċjali la min-naħa ta’ Zenit u lanqas mingħand il-plejer innifsu. Diversi siti u gazzetti qed jirrapurtaw li Witsel iffirma ma’ klabb Ċiniż. Xi siti qed jgħidu li qal iva lil Shanghai SIPG. Oħrajn qed jgħidu li se jaċċetta l-offerta ta’ Tianjin. Kif għidna xejn uffiċjali, biss ftit fadal dubji li Witsel sejjer …

Ebda sinjal min-naħa ta’ Witsel

MatthewJuve News Leave a Comment

Wasal l-1 ta’ Jannar 2017 u Juventus għadhom qed jistennew li Axel Witsel iħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar fejn se jmur jilgħab. F’dan l-istadju hu probabbli ferm li Witsel se jingħaqad ma’ xi klabb Ċiniż, forsi Shanghai SIPG li hu kkowċjat minn Villas Boas li jaf sew lil Witsel. Intant fuq is-social media Witsel mhu jikteb xejn dwar il-futur tiegħu u …

Is-saga interminabbli ta’ Axel Witsel

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed nistennew b’ħerqa l-aħbar uffiċjali dwar fejn se jilgħab Axel Witsel. It-tamiet li narawh ma’ Juventus qegħdin kulma jmur jonqsu. Shanghai SIPG ta’ Villas Boas u Tanjin ta’ Cannavaro qed joffrulu madwar 20 miljun Ewro f’paga (ċifra li fl-Ewropa jaqilgħu nies bħal Ronaldo u Messi), filwaqt li l-offerta ta’ Juventus hi ta’ 4 miljuni fis-sena. Id-differenza hi kbira u allura …

Bye bye Witsel. Marotta jdur fuq Gagliardini, Tolisso u xi oħrajn

MatthewJuve News Leave a Comment

B’Witsel x’aktarx imur iċ-Cina, Juventus bdew ifittxu midfielders oħra biex isaħħu lit-tim ta’Allegri. L-akkwist ta’ Gagliardini hu probabbli ferm, biss x’aktarx se jibqa’ ma’ Atalanta sa tmiem l-istaġun. Marotta qed jerġa’ jikkunsidra anki lil Tolisso ta’ O.Lyon, kif ukoll xi midfielders li ilhom fil-mita tal-Bianconeri: Bakayoko (Monaco), Dohoud (Borussia Monchengladbach) u Goretzka (Schalke 04). Issa wieħed irid jara jekk dawn …