Petrachi jiċħad kollox

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-Direttur tal-Isports ta’ Roma, Gianluca Petrachi llum tkellem ma’ Sky. Hu sostna li Roma se jagħmlu minn kollox sabiex iżommu lil Pellegrini u lil Zaniolo, għalkemm ma eskludiex li s-suq tat-trasferimenti jista’ jiftaħ il-bibien għal xenarji oħra. Dwar l-għidut ta’ bdil ta’ plejers ma’ Juventus, Petrachi stqarr li dan mhuwiex minnu peress li hu ilu minn Jannar ma jitkellem ma’ …

Tkompli l-‘gwerra’ bejn Paratici u Marotta

MatthewJuve News Leave a Comment

M’hemmx għalfejn noqogħdu ninħbew. Bil-wasla ta’ Marotta fit-tmexxija ta’ Inter, ir-rivalità fis-suq tat-trasferimenti bejn in-Nerazzurri u l-Bianconeri kibret b’mod eżaġerat. Fis-sajf li għadda kellna l-ewwel fażi ta’ dil-‘gwerra’ b’Lukaku u Icardi fost il-każijiet l-aktar prinċipali. Imbagħad f’Jannar kellna lil Kulusevski li Juventus xtraw meta prattikament kulħadd kien qed jirraporta li kien se jmur ma’ Inter. Issa l-‘gwerra’ qed tkompli għaddejja. …

Inter jiddeffsu anki għal Zaniolo

MatthewJuve News Leave a Comment

Aktar minn qatt qabel Juventus u Inter huma tassew rivali ta’ xulxin fis-suq tat-trasferimenti. Iż-żewġ timijiet qed jinnegozjaw l-istess plejers. Illum, pereżempju, kellna l-aħbar li Inter huma interessati anki f’Zaniolo. Inter qed joffru 15-il miljun flimkien ma’ Nainggolan għal Zaniolo. Juventus x’aktarx offew lil Bernardeschi u Romero bi bdil ma’ Zaniolo. Min-naħa tagħhom Roma jridu biss flus kontanti minħabba l-qagħda …

Paratici jibda l-kuntatti ma’ Roma għall-bdil ta’ xi plejers

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici daqt mistenni jkollu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Roma. Il-partijiet mistennija jitkellmu dwar il-possibbiltà li jkun hemm aktar tpartit ta’ plejers bejniethom. Skont Tuttosport Roma jinsabu interessati f’Bernadeschi, Rugani, Perin, Mandragora u Romero, filwaqt li Juventus lesti jiksbu lil Zaniolo, Under, Riccardi u Kluivert. Żgur li mhux dawn il-plejers kollha se jkunu mibdula, biss hu probabbli ħafna jilħqu ftehim …

Bernardeschi jaf ikun mibdul ma’ Zaniolo

MatthewJuve News Leave a Comment

Uffiċjalment Roma ma jridux ibigħu lil Zaniolo, biss kwistjonijiet finanzjarji jaf iġegħluhom jagħmlu dak li ma jridux. Pallotta ilu diversi xhur jipprova jbigħ lill-klabb imma s’issa ħadd ma ssodisfa t-talba tiegħu. Il-finanzi ta’ Roma mhumiex mis-sbieħ nett u allura jekk il-klabb jibqa’ f’idejn Pallotta, hu probabbli li das-sajf Roma jkollhom ibigħu xi plejers. Fost dawn hemm Zaniolo li Juventus lesti …

Jista’ jkun hemm bdil ta’ plejers bejn Juventus u Roma

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Juventus u Roma se jkomplu għaddejjin bit-taħdidiet bejniethom dwar il-possibbiltà li jibdlu xi plejers das-sajf. Skont Calciomercato.com Roma jinsabu interessati f’Bernardeschi, Rugani, Romero u Mandragora, filwaqt li Juventus iridu lil Zaniolo, Riccardi, Pellegrini, Cristante u Mancini. Ovvjament il-klabbs mhux se jkunu qed jibdlu dawn il-plejers kollha, biss hu probabbli li xi tip ta’ ftehim għal bdil bejn wieħed jew aktar …