Zaza jitlef l-ajruplan u jmur Valencia b’taxi

MatthewJuve News Leave a Comment

Jibqgħu sal-aħħar jinqalgħu l-intoppi fit-trasferiment ta’ Simone Zaza ma’ Valencia. Skont ‘Sportmediaset’ ilbieraħ hu spiċċa tilef l-ajruplan minħabba problemi bil-bagalji. Minħabba f’hekk kellu jaqbad taxi li twasslu fejn kellu jmur jiltaqa’ mad-diriġenti ta’ Valencia. Ovvjament wasal tard ħafna u l-firma fuq il-kuntratt ma setgħetx issir ilbieraħ stess. Matthew Scerri

Zaza sejjer Spanja

MatthewJuve News Leave a Comment

Simone Zaza se jkun qed jivvjaġġa lejn Spanja fis-sigħat li ġejjin għall-medical tests ma’ Valencia. Hu se jingħaqad magħhom b’self imħallas 2 miljuni. Valencia se jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox jekk isalvaw u Zaza jilgħab 10 partiti. L-akkwist definittiv se jiswa 16-il miljun flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses. Matthew Scerri

Zaza jidher konvint u lest jaċċetta li jmur ma’ Valencia

MatthewJuve News Leave a Comment

Laqgħa pożittiva ferm bejn Valencia u Zaza, tant li skont Gianluca Di Marzio hemm ċans tajjeb li daqt ikollna l-aħbar tat-trasferiment ta’ Zaza fi Spanja. Juventus u Valencia għandhom ftehim bejniethom għal self bl-obbligu li Valencia jixtruh għal kollox jekk jilgħab numru ta’ partiti. Zaza deher sodisfatt b’dak li offrewlu Valencia u dalwaqt mistenni jaċċetta li jmur magħhom. Matthew Scerri